Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: Liverpool jirbħu għand Wolves, jiftħu 16-il punt vantaġġ b’logħba inqas

Wolves 1   Liverpool 2

Liverpool resqu pass eqreb lejn it-tazza tal-Kampjonat Premier Ingliż meta l-Ħamis filgħaxija marru fil-Molineux u għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 2-1. Kienu r-Reds li fetħu l-iskor wara 8 minuti logħob meta mill-corner ta’ Alexander-Arnold, Jordan Henderson għola tajjeb u bir-ras tefa’ fix-xibka għal 1-0 u hekk baqgħu sal-mistrieħ.

Fit-tieni taqsima Wolves għamlu l-iskor indaqs meta Traore dendel cross fil-kaxxa u bir-ras Raul Jimenez tefa’ wara Becker għal 1-1. Minn hemm ‘il quddiem iż-żewġ timijiet pruvaw jiskurjaw il-gowl rebbieħ, bil-goalkeepers ikollhom lejla impenjattiva. Fl-aħħar kienu Liverpool li rnexxilhom jiskurjaw il-gowl tar-rebħa meta fl-84 minuta Henderson għadda lejn Roberto Firmino li b’xutt tajjeb spara ġewwa għal 2-1.

B’hekk Liverpool rebħu 22 mit-23 logħba li lagħbu u s’issa għadhom bla telfa matul l-istaġun 2019/20.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-CAS, it-Tribunal tal-Arbitraġġ Sportiv ibbażat fl-Ivizzera dalgħodu ppublika d-deċiżjoni finali dwar l-appell li kienu ressqu Manchester City wara li dawn kienu ġew sospiżi milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet ewropej tal-UEFA. Manchester City…

Futbol internazzjonali

Napoli 2   Milan 2 Draw fis-San Paolo bejn Napoli u Milan meta f’konfront missielet spiċċaw 2-2. Milan fetħu l-iskor fl-20 minuta b’gowl ta’ Hernandez, u Di Lorenzo ġab id-draw għal…

Futbol internazzjonali

Tottenham H. 2   Arsenal 1 Tottenham Hotspur rebħu d-derby ta’ Londra meta laqgħu għandhom lil Arsneal u rebħulhom 2-1. Kienu l-Gunners l-ewwel li fetħu l-iskor meta Lacazette sab ix-xibka fis-16-il…

Futbol internazzjonali

Stennija kbira għad-deċiżjoni tal-lum mill-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv (CAS) dwar jekk Manchester City humiex ser jitħallew jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej fis-sentejn li ġejjin. Wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Manchester City…

Aktar