Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: Liverpool miżmuma draw, rebħiet għal Chelsea u Newcastle

Everton 0   Liverpool 0

Liverpool kienu miżmuma draw f’Goodison Park meta d-derby ta’ Merseyside spiċċa 0-0. Il-logħba kienet pjuttost bla azzjonijiet ħlief li t-Toffees kellhom l-akbar ċans tal-logħba fil-81 minuta meta Allison salva fuq Calvert-Lewin bir-rebound wasal għand Tom Davies li iżda x-xutt finali tiegħu ħabat mal-wieqfa. B’dan id-draw Liverpool għandu mnejn ikollhom jistennew ftit aktar sabiex jirbħu l-kampjonat li ilhom jistennew għal dawn l-aħħar 30 sena.

Żgur illi llejla l-attenzjoni kollha ser tkun fuq l-Etihad Stadium meta Manchester City jilqgħu f’darhom lil Burnley. Il-logħba tibda fid-21:00.

 

Aston Villa 1   Chelsea 2

Skoss ieħor għal Aston Villa f’Villa Park meta tilfu kontra Chelsea bl-iskor ta’ 2-1. Il-Villians skurjaw il-gowl tal-vantaġġ lejn tmiem l-ewwel taqsima meta Hause sab ix-xibka żewġ minuti qabel il-mistrieħ.

Fit-tieni taqsima Chelsea wettqu reazzjoni u b’żewġ gowls f’żewġ minuti dawru l-konfront. Mas-siegħa logħob Pulisic għamel l-iskor indaqs, b’Giroud jiskorja l-gowl tar-rebħa fit-62 minuta.

 

Newcastle UTD 3   Sheffield UTD 0

Fl-ewwel logħba tal-Ħadd, Newcastle United rebħu 3-0 kontra Sheffield United. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien għadu 0-0. Mal-bidu tat-tieni taqsima tkeċċa John Egan għal Sheffield UTD u minn hemm ‘il quddiem it-tim ta’ Chris Wilder ikkrolla u sofra tliet gowls li ġew skurjati minn Allan Saint-Maximin għal 1-0, Matt Ritchie fid-69 minuta għal 2-0 u Joelinton għal 3-0 finali fis-St James’ Park.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar