Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: Manchester City jirbħu d-derby u jirritornaw lura fil-quċċata, Arsenal megħluba minn Wolves

Manchester UTD 0 Manchester City 2

F’Old Trafford, Manchester City reġgħu telgħu fil-quċċata tal-klassifika tal-Premiership Ingliż meta rebħu fid-derby kontra Manchester United bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls waslu t-tnejn li huma fit-tieni taqsima, l-ewwel fl-54 minuta, imbagħad fis-66 minuta. L-ewwel gowl wasal meta Gundogan għadda l-ballun lejn Bernardo Silva li b’xutt fil-baxx għeleb lil De Gea għal 1-0. It-tieni gowl wasal mis-sostitut Leroy Sane li wara li rċieva l-ballun mingħand Sterling, immira fix-xibka biex għalaq il-logħba. B’din ir-rebħa Manchester City fadlilhom biss tliet logħbiet sabiex jirbħu l-Kampjonat Premier Ingliż, bit-tim ta’ Liverpool eżatt punt warajhom, f’waħda mill-aktar taqtigħat ħarxa għal tmiem l-istaġun.

Wolves 3 Arsenal 1

Skoss qawwi għall-Gunners fil-Molineux meta tilfu kontra Wolves bl-iskor ta’ 3-1. Il-Wolves fetħu tliet gowls vantaġġ fl-ewwel 45 minuta biex prattikament kienu għalqu l-logħba, l-ewwel permezz ta’ Neves fit-28 minuta, imbagħad Doherty għamilhom 2-0 fis-37 minuta u Jota skorja t-tielet mat-tieni minuta fuq il-ħin regolamentari tal-ewwel taqsima. Reazzjoni pjuttost fjakka mill-Arsenal fit-tieni taqsima, bil-gowl ta’ konsolazzjoni jasal għaxar minuti minn tmiem il-logħba meta Sokratis irnexxielu jitfa’ fix-xibka.

Kemm Manchester United kif ukoll Arsenal tilfu l-aħħar żewġ logħbiet u jinsabu fis-sitt u l-ħames post rispettivament fil-klassifika u meta fadal biss tliet logħbiet għal tmiem l-istaġun, qegħdin jipperikolaw iċ-ċansijiet tagħhom li jiksbu post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-partitarji fid-Danimarka qed isegwu l-logħon fuq skrins kbar fil-car parks. FC Midtjylland qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex il-partitarji tagħhom ikunu jistgħu jsegwu l-logħob tat-tim, u f’parkeġġ li jesa’ 12,000…

Futbol internazzjonali

FC Koln 2   RB Leipzig 4 RB Leipzig irritornaw fit-tielet post tal-klassifika b’rebħa barra minn darhom għand FC Koln bl-iskor ta’ 4-2. Meta fadal ħames logħbiet għal tmiem il-kampjonat, RB…

Futbol internazzjonali

Futbol fi Spanja: Real Madrid ikkonfermaw li se jkun u qed jilagħbu l-kumplament tal-logħbiet li fadal meta jitkompla l-kampjonat fil-11 ta’ Ġunju fl-Istadium takl-bażi ta’ taħriġ tagħhom fl-Estadio Alfredo di…

Futbol internazzjonali

Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta ‘Vero Amore’ din is-sena qed jiċċelebra l-45 sena mit-twaqqif tiegħu lura fl-1975. Għal din l-okkażjoni l-Club ħaseb sabiex iniedi emblema ġdida għall-Club li tirrifletti l-era modera…

Aktar