Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: Manchester City jirbħu f’darhom lil Sheffield UTD

Manchester City 2   Sheffield United 0

Żewġ gowls fit-tieni taqsima kienu biżżejjed biex Manchester City jirbħu lil Sheffield United u żammew il-pass ma’ Leicester City li jinsabu fit-tieni post tal-klassifika. Kienu Sheffield United li skurjaw l-ewwel mad-29 minuta meta Mousset sab ix-xibka imma l-gowl kien imħassar permezz tal-VAR minħabba offside. Fit-tieni taqsima, fit-52 minuta, Manchester City fetħu l-iskor. Kien Sergio Aguero li wara li rċieva l-ballun, b’xutt b’saħħtu għeleb lill-goalkeeper u għamilhom 1-0. Fit-82 minuta s-City għalqu l-logħba permezz ta’ Kevin De Bruyne li x-xutt tiegħu ma ħafirx u spiċċa fix-xibka għal 2-0.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-attakkant ta’ Porto Moussa Marega ħalla l-grawnd bi protesta wara korijiet razzisti fil-konfront tiegħu waqt il-logħba bejn Vitoria Guimaraes u Porto. L-attakkant ta’ 28 sena mill-Mali rnexxilu jiskorja t-tieni gowl…

Futbol internazzjonali

Tħabbret il-mewt ta’ Herry Gregg, l-ex gowlkiper Irlandiż ta’ Manchester United. Gregg baqa’ jissemma bħala wieħed mill-eroj tat-traġedja tal-ajru ta’ Munich li fiha kien involut it-tim ta’ Manchester United, lura…

Futbol internazzjonali

Manchester City ġew sospizi sentejn milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej, UEFA Champions League u UEFA Europa League, għal ksur serju fir-regoli tal-financial fair play. Apparti din is-sospensjoni li tista tiġi appellata,…

Futbol internazzjonali

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli u d-Direttur Ġenerali Fabio Paratici, sejħu lill-kowċ Maurizio Sarri biex miegħu jiddiskutu l-futur ta’ Juventus għal kumplament tal-istaġun. Jidher li din il-laqgħa…

Aktar