Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: Manchester City jirritornaw għar-rebħ, Crystal Palace jirbħu bi plejer inqas

Crystal Palace 1   Bournemouth 0

Avolja b’għaxra min-nies, Crystal Palace rnexxilhom jegħlbu lil Bournemouth bl-iskor ta’ 1-0. Ftit wara l-kwarta logħob il-Palace spiċċaw bi plejer inqas meta Sakho tkeċċa b’karta ħamra diretta. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien għadu 0-0, imbagħad fis-76 minuta Schlupp irnexxielu jsib ix-xibka biex ta rebħa importanti lil Crystal Palace.

Burnley 1   Manchester City 4

Faċli għal Manchester City meta marru għand Burnley u rebħu bl-iskor ta’ 4-1. Is-City fetħu erba’ gowls vantaġġ, b’Gabriel Jesus jiftaħ l-iskor fl-24 minuta. Hu żied ieħor fil-50 minuta, b’Rodri jagħmilhom tlieta fit-68 minuta. Mahrez deher li għalaq il-logħba fis-87 minuta, imma Burnley skurjaw il-gowl tal-bandiera żewġ minuti wara permezz ta’ Brady.

Illejla jintlagħbu sitt logħbiet oħra mill-15-il ġurnata tal-Kampjonat Premier Ingliż:

20:30 Chelsea – Aston Villa
20:30 Leicester – Watford
20:30 Manchester UTD – Tottenham H.
20:30 Southampton – Norwich
20:30 Wolves – West Ham
21:15 Liverpool – Everton

 

Il-Ħamis

20:30 Sheffield UTD – Newcastle UTD
21:15 Arsenal – Brighton

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż: Żewġ partiti llum bit-tieni waħda tkun dik l-aktar mistennija f’Anfield bejn Liverpool u Manchester United. Liverpool għelbu lil Manchester United fil-partita tal-ġurnata f’Anfield bi skor ta’ 2-0….

Futbol internazzjonali

Kampjonat Taljan, Serie A: Partiti li ntlagħbu llum wara nofsinhar. Rebħa drammatika għal Milan kontra Udinese bi skor ta’ 3-2. Il Friullani fil-vantaġġ b’gowl ta’ Larsen wara 6 minuti. Milan…

Futbol internazzjonali

Programm sħiħ ta’ partiti llum wara nofsinhar. Draw ta’ 1-1 bejn Arsenal u Sheffield United. Martinelli fetaħ l-iskor eżatt qabel il-mistrieħ u John Fleck ġab il-gowl tad-draw fit-83 minuta. Bl-istess…

Inter iffirmaw lill-plejer Ingliż u captain ta’ Manchester United Ashley Young. Id-difensur ingħata sitt xhur kuntratt b’opzjoni li jiġġedded għal staġun ieħor. Young se jkun qed jingħaqad ma’ Romelu Lukaku…

Aktar