Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: Manchester City jsaħħu posthom fil-quċċata b’rebħa ta’ 2-1 għand Watford

Watford 1  Manchester City 2

Manchester City għamlu ċert li jżommu posthom fil-quċċata tal-klassifika wara l-15-il ġurnata tal-Kampjonat Premier meta marru għand Watford u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1. L-ewwel gowl wasal minn Sane fl-40 minuta, b’Mahrez jirdoppja fil-51 minuta. Watford naqqsu d-distakk ħames minuti mit-tmiem b’gowl ta’ Doucoure għal riultat finali ta’ 2-1 favur is-City.

Bournemouth 2  Huddersfield 1

Tliet gowls skurjati fl-ewwel 45 minuta ddeċidew dan il-konfront favur it-tim ta’ Bournemouth meta kienu huma stess li fetħu l-iskor mal-5 minuta permezz ta’ Wilson. Fraser irdopjja mat-22 minuta sakemm Kongolo naqqas id-distakk fit-38 minuta u baqgħu 2-1 sat-tmiem.

Brighton 3  Crystal Palace 1

Brighton telgħu f’nofs il-klassifika tal-Premier Ingliż meta laqgħu għandhom lill-Crystal Palace u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1. Murray fetaħ l-iskor għall-Brighton fl-24 minuta minn penalty, imma mat-28 minuta l-istess tim spiċċaw jilagħbu bi plejer inqas meta Duffy tkeċċa b’karta ħamra diretta. Għalkemm bi plejer inqas, mal-31 minuta Balogun skorja t-tieni għall-Brighton u Andone skorja t-tielet eżatt qabel il-mistrieħ bit-tim tal-Palace ma jafx fejn ser jaqbad jagħti rasu. Għalkemm Milivjovic skorja l-gowl tal-bandiera minn penalty fil-81 minuta, ma kienx fadal ħin biżżejjed biex il-Palace iwettqu reazzjoni b’saħħitha u bi plejer aktar xorta waħda ħarġu telliefa.

West Ham 3  Cardiff 1

Erba’ gowls skurjati fit-tieni taqsima għamlu din il-logħba interresanti ħafna, bit-tim ta’ West Ham jiftħu tliet gowls vantaġġ. Perez skorja darbtejn, l-ewwel fid-49 imbagħad fil-55 minuta, sakemm Antonio skorja t-tielet mas-siegħa logħob. Dawk il-11-il minuta eċċellenti swewhom mitluq deheb lill-West Ham, għaliex Cardiff kulma rnexxilhom jagħmlu kien li jiskurjaw gowl wieħed permezz ta’ Murphy fid-90 minuta.

Illejla titkompla l-ħmistax-il ġurnata tal-Kampjonat Premier Ingliż b’dawn il-logħbiet:

20:45  Burnley – Liverpool

20:45  Everton – Newcastle

20:45  Fulham – Liecester

20:45  Wolves – Chelsea

21:00  Manchester UTD – Arsenal

21:00  Tottenham H. – Southampton

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Missier Neymar Jr xejjen kull spekulazzjoni li ibnu jista’ jerġa’ jingħaqad mat-tim ta’ Barcelona fi Spanja u ċaħad li sar xi kuntatt mat-tim Katalan dwar possibilment trasferiment fis-sajf li ġej….

Futbol internazzjonali

Fis-San Paolo, Napoli fallew milli għallinqas iżommu l-istakk distakk li għandhom taħt Juventus meta spiċċaw dro mat-Torino bl-iskor ta’ 0-0. F’logħba pjuttost nervuża u kkaratteriżata minn tmien karti sofor, iċ-Ċelesti…

Futbol internazzjonali

Il-leġġenda Sir Alex Ferguson ser jerġa’ jkun fuq il-bank imexxi lit-tim ta’ Manchester United għal darb’oħra, fl-20 anniversarju minn meta r-Red Devils kienu rebħu l-finali drammatika tal-UEFA Champions League kontra…

Futbol internazzjonali

Mill-FA Cup fl-Ingilterra, fil-ħames round li qiegħed jintlagħab fi tmiem din il-ġimgħa, ilbieraħ kellna tliet timijiet oħra li għaddew għall-fażi li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni. Brighton 2 Derby 1 Fl-ewwel…

Aktar