Futbol internazzjonali
Kampjonat Premier Ingliż: Rebħiet għal Manchester City u Aston Villa

Wolves 1   Manchester City 3

Rebħa għal Manchester City fil-Molineux Stadium meta marru għand Wolves u rebħulhom 3-1. Is-City fetħu żewġ gowls vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, b’De Bruyne jiskorja fl-20 minuta minn penalty u Foden żied ieħor fit-32 minuta. Wolves naqqsu d-distakk fit-78 minuta b’gowl ta’ Jimenez, u x’ħin kienu qed jippruvaw iġibu l-iskor indaqs qalgħu d-daqqa mortali b’gowl ta’ Gabriel Jesus li kien skurjat fil-ħames minuta fuq il-ħin regolamentari.

 

Aston Villa 1   Sheffield UTD 0

Lejla negattiva għal Sheffield United li marru f’Villa Park u ħarġu b’idejhom vojta meta tilfu l-logħba 1-0 u spiċċaw anke b’għaxar plejers. Sheffield UTD prattikament lagħbu kważi logħba sħiħa b’għaxra għaliex Egan tkeċċa fit-12-il minuta u minn hemm ‘il quddiem kellhom jaqdfu kontra l-mewġ. Biex tkompli tiġihom ħażina huma fallew penalty fl-34 minuta meta Lundstram ra lill-goalkeeper avversarju jilqagħlu t-tentattiv tiegħu. Aston Villa skurjaw il-gowl tar-rebħa permezz ta’ Konsa fit-63 minuta.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA