Waterpolo
Kampjonat Premier tal-Waterpolo: Sliema u Neptunes jirbħu l-logħbiet tagħhom

Matul il-ġurnata tat-Tlieta ntlagħbu żewġ logħbiet fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq mill-Kampjonat Premier.

Sliema Frank Salt Real Estate 14  Exiles Elia Caterers 13

Fl-ewwel logħba Sliema Frank Salt Real Estate skurjaw gowl aktar mill-avversarji Exiles Elia Caterers biex rebħulhom bil-punteġġ ta’ 14-13. L-ewwel sessjoni ntemmet fi draw ta’ 2-2, bit-tieni sessjoni tintemm ukoll f’parità 5-5. It-tielet sessjoni kienet il-waħda li għamlet id-differenza meta Sliema rebħuha 5-4, bir-raba’ u l-aħħar sessjoni tispiċċa bi draw għal darb’oħra 2-2.

L-aqwa skorers għal Sliema kienu Jerome Gabarretta u Mark Meli li skurjaw tlieta kull wieħed.

 

Sirens Greentube 6  Neptunes Leo Vegas 9

Neptunes ħasu rebħa importanti fuq Sirens bl-iskor ta’ 9-6, f’logħba fejn huma fetħu tajjeb meta rebħu l-ewwel żewġ sessjonijiet 3-2 għal riżultat parzjali ta’ 6-4. Sirens irrispondew fit-tielet sessjoni meta rebħuha 2-1, imma Neptunes reġgħu kienu fl-aqwa tagħhom fir-raba’ u l-aħħar sessjoni meta rebħuha 2-0 għal riżultat finali ta’ 9-6.

L-aqwa skorer għal Sirens kien Valentino Gallo li skorja 5 mis-s6 gowls tat-tim tiegħu, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra Jordan Camilleri skorja tlieta.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

San Ġiljan Tum Invest 18  Marsaxlokk Browns 12 L-ewwel u t-tielet sessjoni kienu importanti ħafna għal San Ġiljan għax permezz tal-vantaġġ li tellgħu f’dawn iż-żewġ sessjonijiet ħarġu rebbieħa fuq l-avversarji….

Waterpolo

Fi programm ta’ żewġ logħbiet mill-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, rebħiet għal Marsaskala u Birżebbuġa fil-partiti rispettivi tagħhom. Marsaskala Fish & Fish 18  Otters Nivea 13 Marsaskala ma tilfux sessjoni waħda…

Waterpolo

Waterpolo: Min għada sa nhar il-Ħamis erbat ijiem ta’ logħob mill-kampjonat Premier u anke mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni. Wara ġimgħa mingħajr logħob minħabba l-impenji tat-teams nazzjonali taż-żgħażagħ din il-ġimgħa t-teams lokali…

Aktar