Kampjonat tal-Futbol tal-MESA: Rebħa kbira għal GH Excelsior

KAMPJONATI TAL-FOOTBALL TAL-M.E.S.A.: REBĦA KBIRA GHAL G.H. EXCELSIOR FIT-TIENI DIVIŻJONI

 Il-Kampjonati tal-Football tal-MESA din il-gimgĦa kienu ristretti għal erba’ loghbiet biss mill-I u t-II Diviżjoni tal-Kampjonat 8-a-side, bit-tim tal-Grand Hotel Excelsior jikseb l-akbar rebħa meta għelbu lil Mater Dei B f’logħba mit-II Divizjoni B. Din kienet it-tieni rebħa għal GH Excelsior, waqt li Mater Dei B sofrew l-ewwel telfa wara li kienu bdew b’rebħa fuq it-team tal-Housing Authority.

 F’zewg logħbiet mit-II Divizjoni A, Mater Dei A kisbu rebħa ta’ 3-0 fuq Customs, waqt li l-logħba bejn Infrastructure Malta u Police B intemmet fi draw ta’ 0-0. Ghal Mater Dei A kienet it-tieni rebħa minn żewġ logħbiet, mentri Customs sofrew l-ewwel telfa wara li bdew b’rebħa. Mill-banda l-ohra Infrastructure u Police B irreġistraw l-ewwel punt tagħhom dan l-istaġun.

 Mill-I Divizjoni ntlagħbet logħba unika li fiha AFM A għelbu lil Malta Freeport 1-0. Din kienet l-ewwel rebħa ghal AFM A wara li bdew bi draw, waqt li Malta Freeport sofrew l-ewwel telfa wara li bdew b’rebħa.

Intant il-loghob ikompli l-gimgħa d-dieħla bi programm ta’ logħob kemm fil-Għarghur kif ukoll Ħaż-Żebbug. Tajjeb tinnutaw illi minħabba l-fatt li nhar il-Erbgħa, 4 ta’ Dicembru se ssir it-tiġrija ta’ 5 kilometri fil-Kottonera, il-logħob li kien programmat li jintlagħab dakinhar, jiġifieri fl-4 ta’ Dicembru, minflok se jintlagħab nhar it-Tnejn, 2 ta’ Diċembru, bl-eċċezzjoni tal-logħba mit-II Diviżjoni B bejn PBS u Housing Authority, li se tintlaghab f’data oħra aktar ‘il quddiem.

Il-programm ta’ loghob għall-gimgha d-diehla huwa dan:

It-Tnejn, 2 ta’ Diċembru

Gharghur Ground

3.00 pm I Div.: AFM B v BOV B

Zebbug Ground

2.00 pm Grupp A: Lands Authority v AFM

3.00 pm Grupp B: KPMG v Min. for Education

It-Tlieta, 3 ta’ Dicembru

Gharghur Ground

2.00 pm II Div. B: Archi+ v Transport Malta

3.00 pm II Div. A: SVPR v Air Malta

Zebbug Ground

2.00 pm Grupp B: Min. for Gozo v ERA

3.00 pm Grupp B: Enemalta v Heritage Malta

Il-Hamis, 5 ta’ Dicembru

Zebbug Ground

2.00 pm Grupp A: Police v Malta FA

3.00 pm Grupp A: Central Bank v VistaJet Ltd

 

DIXXIPLINA WARA L-INĊIDENTI TAT-13 TA’ NOVEMBRU

 Il-Kumitat Ezekuttiv tal-MESA ħa passi dixxiplinarji fil-konfront tat-teams li kienu nvoluti fiz-żewġ logħbiet li ntlaghbu fit-13 ta’ Novembru 2019, jiġifieri Air Malta v Infrastructure Malta u MaltaPost v Police A. Apparti s-sanzjonijiet li ttieħdu mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA, il-Kumitat tal-MESA ddeċieda illi jwissi serjament lill-erba’ timijiet konċernati, filwaqt li ssospenda lill-plejer tat-tim tal-Pulizija, Shaun Cutajar, sa l-aħħar ta’ Frar 2020, waqt li l-kowċ ta’ MaltaPost Silvio Debono ġie sospiż sa l-aħħar ta’ Jannar 2020.

Barra minn hekk, il-Kumitat immulta lit-team tal-MaltaPost 10 euro minħabba li ppreżentaw line-up li kien fiha ħafna nuqqasijiet, filwaqt li t-timijiet ta’ Transport Malta u tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni ġew immultati 50 euro kull wieħed talli taw walk-over. Dawn il-multi ngħataw skont kif jesiġu l-Competition Rules tal-Football tal-MESA. Infakkru li l-istess Competition Rules jgħidu li jekk tim jaghti żewġ walk-overs, l-imsemmi tim jigi skwalifikat mill-kompetizzjonijiet tal-Football tal-MESA għall-kumplament ta’ l-istaġun u jrid jibda mill-aħħar divizjoni l-istaġun ta’ wara.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Sassuolo 1   Perugia 2 Diżappunt għal Sassuolo fil-Coppa Italia meta fir-Round tas-16 tilfu kontra Perugia 2-1. Sal-ewwel 17-il minuta Perugia kienu diġa’ 2-0 minn fuq b’gowls ta’ Mazzocchi u Nicolussi….

Futbol internazzjonali

Liverpool 5   Everton 2 Liverpool rebħu d-derby ta’ Merseyside meta f’Anfield għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 5-2. Ir-Reds fetħu żewġ gowls vantaġġ permezz t’Origi u Shaqiri, b’Keane jnaqqas id-distakk fil-21…

Ċikliżmu

Dan l-aħħar it-Tim Nazzjonali tal-Irġiel taċ-Ċikliżmu pparteċipa fit-12-il ċiklu ta’ ċikliżmu bejn ajruporti organizzat mill-Università tat-Tuneżija bi sħab mal-avjazzjoni ċivili u l-ajruporti Tuneżini. It-tiġrijiet kollha flimkien kienu fuq distanza totali…

Ċikliżmu

John Zammit li ilu għal iktar minn 50 sena fix-xena taċ-Ċikliżmu lokali se jibqa’ fit-tmexxija tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu għal sentejn oħra wara li waqt il-Laqgħa Annwali Ġenerali li nżammet dan l-aħħar…

Aktar