Futbol internazzjonali
Kampjonat UEFA Euro 2021 tan-Nisa: Malta titlef wara wirja qalbenija

It-team nazzjonali Malti tan-nisa llum wara nofs in-nhar iffaċċja lill-Italja fl-ewwel partita home fi Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat UEFA Euro 2021 tan-Nisa fejn tilef bl-iskor ta’ 2-0 , żewġ gowls skurjati fit-tieni taqsima. It-tfajliet Maltin kienu bdew l-impenji fil-grupp ix-xahar li għadda b’telfa kbira ta’ 8-0 mad-Danimarka u oħra rispettabbli ta’ 2-0 mal-Bożnja-Ħerżegovina.

Il-qawwa tal-avversarji hija indiskutibbli hekk kif it-Taljani spiċċaw kwartifinalisti fit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa s-sajf li għadda fi Franza.

Il-Maltin taħt il-gwida tal-kowċ Mark Gatt addottaw logħba prudenti fejn żammew kemm jista jkun lill-avversarji l-bogħod mil-lasta. Fil-fatt fl-ewwel taqsima l-Azzurri resqu viċin darbtejn biss minn Tarenzi u Galli iżda Xuereb salvat.

Mas-siegħa logħob ċans ieħor tajjeb għall-Italja iżda Xuereb salvat xutt mill-viċin ta’ Tarenzi. Fil-65 minuta daqqa ta’ ras minn Bergamaschi sabet għal darb’oħra lil Xuereb attenta. Biex l-Italja marru fil-vantaġġ fid-69 minuta permezz ta’ Elisa Bartoli fejn wara li bidlet il-ballun ma’ Fusetti tefgħet il-ballun fir-rokna tax-xibka. U fit-92 minuta t-Taljani ngħataw penalty wara hand ball fil-kaxxa minn Emma Lipman biex mill-ħdax il-metru kienet Girelli li kkonvertiet.

It-tim Malti beda b’din il-formazzjoni:- Janice Xuereb, Emma Lipman, Stefania Farrugia, Dorianne Thuema, Rachel Cuschieri, Maria Farrugia, Shona Zammit, Jade Flask, Charlene Zammit, Brenda Borg u Nicole Sciberras.

Il-logħba kienet ikkontrollata mir-referee mill-Federazzjoni tal-Maċedonja Ivana Projkovska.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-attakkant ta’ Porto Moussa Marega ħalla l-grawnd bi protesta wara korijiet razzisti fil-konfront tiegħu waqt il-logħba bejn Vitoria Guimaraes u Porto. L-attakkant ta’ 28 sena mill-Mali rnexxilu jiskorja t-tieni gowl…

Futbol internazzjonali

Tħabbret il-mewt ta’ Herry Gregg, l-ex gowlkiper Irlandiż ta’ Manchester United. Gregg baqa’ jissemma bħala wieħed mill-eroj tat-traġedja tal-ajru ta’ Munich li fiha kien involut it-tim ta’ Manchester United, lura…

Futbol internazzjonali

Manchester City ġew sospizi sentejn milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej, UEFA Champions League u UEFA Europa League, għal ksur serju fir-regoli tal-financial fair play. Apparti din is-sospensjoni li tista tiġi appellata,…

Futbol internazzjonali

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli u d-Direttur Ġenerali Fabio Paratici, sejħu lill-kowċ Maurizio Sarri biex miegħu jiddiskutu l-futur ta’ Juventus għal kumplament tal-istaġun. Jidher li din il-laqgħa…

Aktar