Futbol lokali
Kampjonat UEFA Euro 2021 tan-Nisa: Telfa rispettabbli għal Malta fil-100 partita tal-captain Dorianne Theuma

MALTA….2

BOŻNJA U HERŻEGOVINA….3

Telfa ta’ 3-2 għal Malta mal-Bożnja-Ħerżegovina fit-tieni partita għat-tfajliet Maltin fi Grupp B ta’ Kwalfikazzjoni wara r-rebħa ta’ 2-1 fuq il-Ġeorġia nhar il-Ħamis.

Il-Bożnja marru fil-vantaġġ fl-10 minuta meta Nikolic ġriet għal kross fit-tul, daħlet wara d-difiża u għelbet lil Xuereb b’xutt fil-baxx.

L-iskor sar 2-0 fis-26 minuta: did-darba kienet Krajsumovic li tefgħet fix-xibka bir-ras minn kross mil-lemin.

L-aħjar ċans tal-Maltin fl-ewwel taqsima ġie f’saqajn Haley Bugeja li għelbet lill-avversarja diretta fuq il-ġirja u daħlet fil-kaxxa imma rat lill-goalkeeper tilqa’ b’saqajha għal corner.

It-tielet goal għall-Bożnijaċi wasal 9 minuti mill-bidu tat-tieni taqsima meta minn kross ieħor fit-tul, għal darb’oħra kienet Krajsumovic li qabbżet minn fuq Xuereb.

Ftit wara ċans għal Malta imma l-attakkanta Haley Bugeja xxuttjat fjakk fil-goalkeeper: biex finalment 12-il minuta mit-tmiem goal meritat għal Malta. Xogħol tajjeb tal-istess Bugeja li daħlet fil-kaxxa mix-xellug u tefgħet għan-nofs fejn is-sostitut Emma Xuereb dawret il-ballun għal ġewwa.

Fl-aħħar mumenti tal-logħba l-goalkeeper tal-Bożnja għamlet interventi tajbin fuq Martina Borg u Brenda Borg biex ċaħħdet lill-Maltin milli jkomplu jnaqqsu d-distakk: imma fir-raba’ minuta ta’ ħin miżjud l-iskor sar 3-2, kif baqa’ sal-aħħar, meta Brenda Borg ikkonkludiet azzjoni personali fix-xibka.

Qabel il-partita, il-captain ta’ Malta Dorianne Theuma ġiet ippreżentata bi flokk bin-numru 100: propju fl-okkażjoni tal-mitt partita tagħha man-nazzjonal: l-ewwel player mara Maltija li laħqet din il-mira.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Futbol lokali

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Football Association, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo ikkomunika l-aħħar direzzjoni li l-assoċjazzjonijiet tal-football ewropej ingħataw mill-UEFA kif ukoll uffiċjaliżża l-aħħar deċiżjonijiet li ttieħdu…

Aktar