Futbol internazzjonali
Kampjonat UEFA taħt il-21 sena: Għada Finlandja – Malta

Għada t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena jilgħab it-tielet logħba minn Grupp 8 ta’ kwalifazzjoni meta jiltaqa’ kontra l-Finlandja fil-Veritas Stadium, f’Turku. Dan huwa t-tielet impenn għat-tim immexxi minn Silvio Vella wara d-draw kontra l-Irlanda ta’ Fuq u t-telfa bl-iskor ta’ 4-0 kontra l-Ukrajna.

Dalgħodu t-tim Malti kellu sessjoni ta’ taħriġ li kienet ibbażata fuq it-tattika qabel dik tal-lejla li ntemmet ftit tal-ħin ilu. L-avversarji l-Finlandja għandhom erba’ punti wara li rebħu kontra l-Ukrajna u ġew draw mal-Irlanda ta’ Fuq u bħalissa jinsabu fl-ewwel post tal-Grupp.

Il-logħba tibda fis-sitta ta’ filgħaxija ħin lokali.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: Żewġ partiti oħra mill-ewwel leg tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni. Tottenham….0 Leipzig………..1 Rebħa importanti għal Leipzig li barra minn darhom għelbu lil Tottenham Hotspur f’Londra bi skor ta’ 1-0….

Futbol internazzjonali

Real Madrid jippreżentaw lill-midfielder Reinier Jesus, Brażiljan żagħżugħ ieħor ta’ 18-il sena, mingħand Flamengo. Reinier deher jemozzjona ruħu waqt il-konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha ġie ppreżentat u rringrazzja lill-ġenituri tas-sagrifiċċji li…

Futbol internazzjonali

Iċ-Chief Executive ta’ Manchester City Ferran Soriano qal li l-allegazzjonijiet li ntqalu fil-konfront tal-klabb tiegħu li waslu biex il-UEFA ssospendiethom sentejn mill-futbol Ewropew huma kollha foloz u mmotivati politikament. Il-Ġimgħa,…

Futbol internazzjonali

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2019/20 L-ewwel Leg. Fażi tal-aħħar 16 Atletico Madrid……1 Liverpool……………0 Rebħa f’darhom għal Atletico Madrid fi Spanja f’logħba bilanċjata li kient deċiża b’goal uniku fil-logħba li kien skorjat…

Aktar