Atletika
Kampjonati Ewropej tal-Masters: Midalja tal-Bronż għall-veteran Rachid Chouhal

Atletika: Kampjonati Ewropej tal-Masters, midalja tal-Bronż għall-atleta veteran Malti Rachid Chouhal fil-kompetizzjoni tal-Long Jump.

F’dawn il-kampjonati li qed isiru f’Madrid Chouhal qabeż 6 metru punt 28 ċentimetri sabiex spiċċa wara atleta Spanjol u ieħor Rumen li telgħu fuq l-ewwel żewġ pożizzjonijiet tal-podju.

Rachid Chouhal li għandu 43 sena kien qed jikkomperti fil-kategorija Over 40’s. Illejla hu se jkun qed jiġri wkoll fil-Heats tas-60 metru.

 

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Atletika

L-Aħwa Jacob u omar El Aida kisbu riżultat pożittiv fil-European Athletics Under-18 Championships li sar Gyor, fl-Ungerija meta t-tnejn li huma rnexxielhom jikkwalifikaw għas-Semi-finali tal-200m. Il-Malta AAA kienet rapreżentata wkoll…

Atletika

Il-Malta Amateur Athletics Association illum ħabbret l-ismijiet ta’ 11 -il atleta li se jkunu qed jikkompetu f’isem Malta waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kampjonat tal-Pajjiżi Żgħar f’Liechtenstein. Dan il-kampjonat isir fuq…

Aktar