Waterpolo
Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo: illum tibda l-avventura ta’ Malta f’Barċellona
Illejla d-debutt kontra Spanja

F’Barċellona Spanja llum jingħata bidu għall-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo, bit-tieni parteċipazzjoni storika ta’ Malta fit-tournament mal-aqwa sittax-il team tal-waterpolo fl-Ewropa.

Malta waslet għall-fażi finali tal-kampjonati wara li għelbet lil Belarus fi play-off fuq żewġ legs fi Frar u Marzu. F’Barċellona t-team nazzjonali Malti tela’ biex jilgħab bi Grupp B mal-ospiti Spanja, il-Montenegro, u Franza.

Propju llejla d-debutt ta’ Malta kontra Spanja, eżatt wara ċ-ċeremonja tal-ftuħ. Kemm iċ-ċeremonja u kemm il-logħba se jintwerew diretti fuq TVM2 mill-22:00 ‘l quddiem. L-Erbgħa u l-Ġimgħa mbagħad il-konfronti l-oħra tal-grupp kontra Franza u l-Montenegro, qabel żewġ logħbiet oħra għall-klassifikazzjoni finali fost is-sittax-il nazzjon parteċipanti.

Il-partiti kollha se jixxandru diretti fuq TVM2 b’kummentarju bil-Malti.

Fażi tal-gruppi:
It-Tnejn 16 ta’ Lulju
Malta – Spanja 10.15pm

L-Erbgħa 18 ta’ Lulju
Malta – Montenegro 5pm

Il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju
Malta – Franza 6.30pm

Fażi klassifikazzjoni Finali
Il-Ħadd 22 ta’ Lulju 3pm
It-Tlieta 24 ta’ Lulju 10.30am jew 12:00am

Il-coaches Karl Izzo u Anthony Farrugia tellgħu din l-iskwadra Barċellona biex jagħzlu minnha:

Nicholas Grixti(GK)
Jerome Gabarretta
Andreas Galea
Jeremy Abela
Michael Spiteri Staines
Matthew Zammit
Stevie Camilleri
Jordan Camilleri
Ben Plumpton
Aurelien Cousin
Nicholas Bugelli
Dino Zammit
Jake Tanti(GK)

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni – Play-offs Otters Nivea 4   Marsaxlokk Brown’s 11 Rebħa komda oħra għal Marsaxlokk kontra Otters meta rebħulhom 11-4. Ix-Xlukkajri rebħu l-erba’ sessjonijiet 2-1, 4-2, 2-1 u…

Aktar