Waterpolo
Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo: Malta fi grupp mat-Turkija, Spanja u l-Ungerija
Il-finali f'Budapest bejn it-12 u s-26 ta' Jannar

Malta telgħet biex tilgħab fi Grupp Ċ mat-Turkija, Spanja u l-ospiti Ungeriżi fil-kampjonati Ewropej tal-LEN tal-Waterpolo f’Budapest f’Jannar li ġej.

Il-poloz ittellgħu illejla f’Budapest stess: bis-sittax-il team finalista maqsuma f’erba’ gruppi. Malta kienet fir-raba’ urna. L-ewwel żewġ timijiet f’kull grupp jgħaddu għall-kwarti-finali: bit-tmien timijiet l-oħra jilagħbu għall-klassifikazzjoni finali bejn id-disa’ u s-sittax-il post.

Grupp A jikkonsisti mill-Ġermanja, is-Slovakkja, il-Kroazja, u l-Montenegro; iċ-champions renjanti Ewropej is-Serbja ġew fi Grupp B mar-Rumanija, l-Olanda u r-Russja; waqt li fi Grupp D se jilagħbu Franza, l-Italja, il-Ġeorġia, u l-Greċja.

Malta tiftaħ l-impenji kontra Spanja. Din hi t-tielet darba wara l-oħra li Malta għaddiet għall-finali bejn l-aqwa sittax-il team Ewropew tal-waterpolo: wara li ħadet sehem fl-aħħar żewġ edizzjonijiet f’Belgrad fl-2016 u f’Barcelona s-sena l-oħra.

Fl-ewwel kummenti lil TVMSport, il-coach tat-team nazzjonali Malti Karl Izzo rrimarka li Malta reġgħet ġiet mal-pajjiż ospitu: fattur li sejjaħ pożittiv minħabba l-exposure li jieħdu t-timijiet fil-grupp. Stqarr b’danakollu li l-partita kruċjali u li t-team irid jiffoka fuqha hija kontra t-Turkija: għax rebħa tkun tfisser li għall-ewwel Malta tilgħab għal post mal-ewwel tnax. Izzo qal li l-iskwadra trid taħdem ħafna biex tasal Budapest fl-aħjar forma possibbli u tikseb ir-riżultat li trid.

It-tournament finali se jintlagħab fid-Danube Arena tal-kapitali Ungeriża bejn it-12 u s-26 ta’ Jannar.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Kampjonat Ewropew tal-LEN 2020, sar magħruf uffiċjalment il-kalendarju ta’ logħbiet tat-team Nazzjonali Malti għal dan il-kampjonat li se jsir fl-Ungerija bejn l-14 u l-24 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. L-ewwel logħba…

Waterpolo

Illejla jitilgħu l-poloz tal-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo tal-LEN li se jintlagħbu f’Budapest l-Ungerija f’Jannar tas-sena d-dieħla. Malta se tkun fl-urna numru 4 fil-polza mal-Ġermanja, Franza, u Olanda. Dan ifisser li permess…

Waterpolo

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo tilef bl-iskor ta’ 13 -7 kontra r-Rumanija fl-aħħar partita ta’ Grupp C ta’ grupp ta’ kwalifikazzjoni, Kampjonat Ewropew tal-LEN. Telfa li kienet ikkundizzjonata bi tkeċċija prematura…

Aktar