Waterpolo
Kampjonati Ewropew U15: Malta fi Grupp B flimkien mal-Italja u l-Greċja

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena tela’ fi Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-waterpolo li se jsiru fil-Bulgarija s-sena d-dieħla.

Fl-istess grupp ta’ Malta hemm l-Italja u l-Greċja, flimkien mas-Slovenja, ir-Rumanija u l-Ukrajna.

Dawn il-partiti jintlagħbu bejn il-21 u t-28 ta’ Lulju 2019.

Ir-rebbieħ tal-grupp u l-aqwa tliet timijiet mit-tieni post tal-erba’ gruppi jikkwalifikaw għall-Kampjonati Ewropej. Magħhom jingħaqdu l-Bulgarija.

Anthony Farrugia, kowċ nazzjonali Malti, qal li l-polza kienet waħda diffiċli ħafna li iżda setgħet ġiet agħar.

Miktub minn...
TVM Sport