Futbol internazzjonali
Kampjonati tal-Uefa U/17 tan-Nisa: Il-Ġermanja għas-seba’ darba

Il-Ġermanja rebħu l-Kampjonat tal-Uefa tan-Nisa ta’ taħt is-sbatax il-sena dan wara li fil-finali li ntlagħbet illum wara nofs in-nhar huma għelbu lill-Olanda wara l-għoti tal-penalties. Kienu l-Ġermaniżi li fetħu l-iskor fid-dsatax il-minuta minn Weidauer biex żewġ minuti biss wara l-Olanda kisbu d-draw minn Tromp. Ir-riżultat baqa hekk sal-ħin regolamentari u anki wara li ngħata l-ħin barrani biex il-penalties kellhom jiddeċiedu r-rebbieħ ta’ dawn il-kampjonati li saru fil-Bulgarija.

Il-Ġermanja spiċċaw rebħu t-titlu għas-seba’ darba fl-istorja hekk kif huma skurjaw tlett penalties kontra t-tnejn tal-avversarji tagħhom.

Intant nhar il-Ħadd li ġej fl-10 ta’ filgħaxija fuq TVM2 se tintwera l-finali tal-Kampjonat U17 tal-UEFA għall-irġiel bejn l-Olanda u l-Italja.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Mill-International Champions Cup 2019 illum f’Singapore Tottenham Hotspur rebħu kontra Juventus bl-iskor ta’ 3-2 f’logħba li fiha Harry Kane skorja goal minn nofs il-ground. Kienu t-team ingliż li mar fil-vantaġġ…

Futbol internazzjonali

Kien goal kmieni fil-logħba wara biss tliet minuti logħob ta’ Odion Ighalo li ta r-rebħa lin-Niġerja fuq it-Tunesija fil-logħba għat-tielet post fil-kompetizzjoni tat-tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. Illejla intant fid-9pm tintlgħab il-finali…

Futbol lokali

It-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019, Lazio Club Malta se jorganizzaw attività interessanti għal dawk il-partitarji lokali ta’ dan it-tim Taljan. I Il-Coppa Italia li rebħu l-Biancocelesti f’Mejju li għadda ser…

Aktar