Motorsport
Kamui Kobayashi jirbaħ tellieqa ta’ 6 sigħat f’Monza

Ix-xorti daħket lit-Toyota waqt il-Kampjonati Dinjija tal-Endurance li saru f’Monza, l-Italja, ilbieraħ.

F’tellieqa ta’ sitt sigħat it-Toyota dehru li ser jitilfu kollox hekk kif sagħtejn mit-tmiem, Kamui Kobayashi waqaf fit-trakka bi problema teknika u nqabeż minn Romain Dumas fuq il-Glickenhaus.

Fi ftit ħin Kobayashi rnexxielu jerġa’ jtella’ l-veloċità neċessarja fuq it-Toyota, filwaqt li Dumas kellu jidħol fil-pits biex jibdel il-brejkijiet, B’hekk Kamui Kobayashi ħareġ rebbieħ fuq il-karozza numru 7 tat-Toyota, bil-#36 Alpine Hypercar tidħol it-tieni u l-LMP2 class No. 22 United Autosports daħlet it-tielet.

Mill-Italja l-kompetituri issa jivvjaġġaw lejn Franza għat-tellieqa mistennija ta’ Le Mans li ddum 24 siegħa u ser issir fil-21 t’Awwissu li ġej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA