Futbol internazzjonali
Kansas City ser jibnu l-ewwel stadium speċifikament għall-futbol tan-nisa

Fl-Istati Uniti ser jinbena l-ewwel stadium tal-futbol speċifiku għall-kampjonat domestiku tan-nisa. Dan l-istadium ser jinbena f’Kansas City u ser ikun jesa’ 11,000 spettatur biċ-ċans li jkompli jitkabbar.

Skont is-sid tat-tim ta’ Kansas City Chris Long, huma dejjem kienu fuq quddiem biex jippromwovu l-futbol tan-nisa fil-pajjiż.

Il-pjanijiet ta’ kostruzzjoni jinsabu fil-fażi finali tagħhom u huwa stmat li l-proġett ser jiġi jiswa mas-$70 miljun.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA