Fight Sports
Karate: Disa’ midalji miksuba fi Bratislava mill-atleti ta’ SKSM

Riżultat ieħor prestiġjuż jinkiseb fi Bratislava, l-iSlovakja, fejn SKSM ikkompetiet b’tim ieħor differenti, did-darba ta’ 5 atleti.  Għall-Kampjonati ‘Slovakia Karate Open’ li hu rikonoxxut mill-World Union Karate Federation attendew 541 atleta minn għaxar pajjiżi differenti. 

It-tim Malti kien kompost minn Shauna u Erika Gauci, flimkien ma’ Rowan u Andrea Saliba, kif ukoll Dimitry Sarkosov. Bejnithom dawn l-atleti rebħu disa’ midalji: 4 Deheb, 2 Fidda u 3 Bronż.

L-Atleta Sarkosov, li kkompeta fil-kategorija tal-Kata, tfal 11-13 -il sena, fejn wara tlett rounds kellu  jikkuntenta bit-tieni post, bl-ewwel Midalja għal Malta li tkun fidda. Andrea Saliba kif ukoll Rowan Saliba kienu impenjati fl-istess ħin fil-Kategoriji tagħhom u t tnejn li huma spiċċaw l-ewwel post minn fost 14 -il atleta fiż-żewġ kategoriji rispettivi  li ħadu sehem fihom. Shauna Gauci ikkompetiet fis-sezzjoni tal-Kobudo Kata, fejn fil-kategorija 13 sa 15-il sena Open, irnexxielha tikseb midalja tal-bronż minn fost 17 -il atleta. Erika Gauci rebet ukoll żewġ midalji oħra, waħda fil-kata u l-oħra fil-Kumite minn fost 15-il kompetitur.

Dawn il-kompetizzjonijiet kienu tnejn minn sensiela ta’ preparazzjoni għall-World Championships li se jsiru ix-xahar id-dieħel ġewwa Dundee, Scotland, fejn mat-tim Malti se jinaqgħad ukoll l-atleta bravu Zack Cauchi, rebbieħ tal-midalja tad-deheb fir-Rumanija kif ukoll fil-Malta International Open f’Marzu li għadda.     It-tim għall-World Championships se jkun imexxi ghall-darba ohra minn Chris Galea, flimkien ma żewġ coaches mill-SKSM, Amber Camilleri u Andrew Galea.

 

Miktub minn...
TVMSports
Aħbarijiet Oħra
Fight Sports

Il-ġellied tal-mixed martial arts Conor McGregor kien arrestat f’Miami Beach, l-Istati Uniti, ilbieraħ. Dan wara li ddaħħal rapport fit-Turner Guilford Knight Correctional Center ta’ Miami li McGregor kien kisser telefon…

Fight Sports

Ftit tal-jiem ilu, għall-ewwel darba f’Malta kienu organizzati il-Kampjonati Ewropej tal-Karate kif ukoll l-ewwel it-Tazza tad-Dinja tal-Kobudo.  B’kollox ikkompetew f’malta mal-1,400 atleta f’xejn inqas minn 230 kategorija. Malta kienet rapreżentata mill-Iskola…

Fight Sports

Wara ħidma intensiva mill-Federazzjoni tat-Taekwondo f’Malta intgħażlu u tħejjew erba’ atleti Maltin għat-2018 World Taekwondo Junior Championships.    Jake Govus, Kylie Magro, Chloe Vassallo u Jerome Vassallo kollha kienu eliġibbli biex…

Fight Sports

Karate: Fi tmiem il-ġimgħa kien organizzat il-Malta Open bil-parteċipazzjoni ta’ diversi atleti li kienu qedgħin jirrapreżentaw xejn inqas minn 21 pajjiż. Il-kategorija Overall intrebħet minn SKSM Malta segwieta mill-Club All…

Aktar