Sport Lokali
Karate: Ħdax-il Midalja tad-Deheb għall-Maltin fil-kampjonati tal-Ingilterra

38 atleta f’età bejn is-6 u s-17-il sena, irrappreżentaw lill-Malta Karate Federation f’kampjonati tal-karate li seħħew f’Penrith, fl-Ingilterra, il-Ħadd 10 ta’ Marzu.

‘Il fuq minn 400 atleta mill-Ingilterra, Malta, Skozja u Wales ħadu sehem kemm fil-Kata kif ukoll fil-Kumite, fejn it-tim Malti kiseb 11-il midalja tal-ewwel post, 10 tat-tieni u 20 tat-tielet.

Il-kowċis nazzjonali Joe Tanti, Josef Antonelli, Joseph Mizzi u Tyler Tanti, li huma kwalifikati bħala kowcis mill-World Karate Federation, kienu mal-atleti.

“Dan hu riżultat eċċellenti fejn intrebħu ammont sostanzjali ta’ Midalji tad-Deheb.  Il-viżjoni tagħna hi li nibqgħu nibnu fuq l-atleti promittenti tagħna billi nipprovdu l-ogħla livell ta’ taħriġ fil-Kata u fil-Kumite.  Dan waqt li nkomplu naħdmu flimkien mal-istaff tekniku u l-kowċis biex nagħtu l-appoġġ meħtieg lill-atleti tagħna,” qal Sensei Jesmond Schembri, id-Direttur Tekniku tal-Malta Karate Federation.

Sensei Schembri żied jgħid li barra minn hekk dan ir-riżultat hu wieħed importanti ħafna speċjalment fl-iżviluppi li għaddejjin bħalissa biex il-karate jiġi nkluż fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-2023.

“Nixtiequ nirringrazzjaw lil Sportmalta u lill-MOC għall-appoġġ kontinwu,”  temm jgħid Sensei Schembri.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Sparar: Paul Formosa rebaħ il-kompetizzjoni Ben Estates Mini Trap Grand Prix organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-iSport tal-iSparar. Fit-tieni post spiċċa Nicky Carabott u fit-tielet post spiċċa Nico Sciberras. Il-kompetizzjoni kienet fuq…

Waterpolo

ENEMED CUP 2019 FINALI Sirens Greentube…………..5 San Ġiljan TUM Invest……8 (1-1), (2-2), (1-2), (1-3) San Ġiljan rebħu t-Tazza Enemed għat-tieni sena konsekuttiva hekk kif fil-finali tat-Tlieta filgħodu huma rebħu kontra…

Ibburdjar

L-edizzjoni inawgurali tal-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing se ssir f’Ottubru 2020 fil-Belt Valletta, Malta flimkien mar-Rolex Middle Sea Race. Imħabbra fl-2017, il-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing ser jkunu pjattaforma b’saħħitha biex tkompli…

Aktar