Sport Lokali
Karate – is-Sibt fl-Universita saru l-Kampjonati għal pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa

Is-Sibt fil-Kumpless Sportiv tal-Universita saru l-Kampjonati għal pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa tal-Karate.

Din kienet it-tielet edizzjoni ta’ dawn il-Kampjonati, li fost l-oħrajn għandhom l-għan li jħarrġu atleti żgħażagħ, hekk kif dan l-isport se jkun introdott fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u anke fl-Olimpjadi li jmiss erba’ snin oħra f’Tokjo l-Ġappun.

Wara l-ewwel żewġ edizzjonijiet ta’ dawn il-Kampjonati tal-Karate għall-pajjiżi ż-żgħar li saru fil-Lussemburgu u Ċipru, l-Federazzjoni Maltija tal-Karate kienet onorata li din it-tielet edizzjoni saret Malta.

B’kollox ħadu sehem seba stati żghar, fejn apparti Malta, għal dawn il-Kampjonati kien hawn atleti minn Monaco, San Marino, Lussemburgu, Ċipru, Liechtenstein u Andorra.

Il-kompetizzjoni kienet maqsuma fi tnejn; Kata u Kumite. Malta rebħet 7 midalji tad-deheb fil-Kata, 4 tal-Fidda u 6 tal-Bronz.

‘Inħossuna onorati li kellna l-opportunita li nilqgħu fostna lil sħabna filwaqt li konna fil-qalba ta’ dan l-avveniment prestigjuz. L-atleti tagħna, l-kowcis, ir-referees kif ukoll il-voluntiera urew sostenn kontinwu lejn il-Malta Karate Federation. Żgur li din hija ir-raġuni tas-suċċess tagħna, qal il-President tal-MKF Kenneth Abela.

Għal din il-kompetizzjoni kien hawn f’Malta l-President tal-World Karate Federation is-Sur Antonio Espinos. Din is-sena l-Karate gie aċċettat bħala sport Olimpiku, anke metru tal-ħidma kbira u tat-tmexxija għaqlija tas-sur Espinos. Permezz ta’ dan ir-riżultat, il-membri tal-MKF jistgħu jilħqu l-ħolma tagħhom li jirrappreżentaw lil Malta fil-logħob Olimpiku.

Il-Malta Karate Federation tirringrazzja lill-Kumitat Olimpiku Malti u lil Sportmalta ghall-appoġġ kontinwu tagħhom.

Il-ġurnata tal-kompetizzjoni bdiet b’ċerimonja tal-ftuh li għaliha, minbarra l-President Espinos, attendew is-Segretarju Parlamentari għar-Ricerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius, il-kelliem tal-oppozizzjoni David Agius u l-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello.

Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar MiddleSea

It-Tluq tat-38 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race bir-ritratti.  

Motorsport

Sim Racing Malta li hu tim dinamiku u professjonali dalwaqt se jkunu qed iniedu kampjonati online. Wara xhur sħaħ ta’ impenn u dedikazzjoni kbira rnexxielna nfasslu sistema ta’ kampjonati online….

Snooker

Fid-dinja stenna kollox, fl-isport ukoll. Forsi fl-isnooker mhux daqshekk, imma dan it-tip ta’ ġenn fid-dinja tal-lum, jista’ jiġri kullimkien, f’kull sport! Fl-English Open tal-Isnooker, li qed jintlagħab f’dawn il-jiem f’Barnsley,…

Żwiemel

Illum wara nofsinhar saret konferenza stampa fil-Malta Racing Club rigward il-Finali tat-Tazza tal-President li ser tinġera l-Ħadd 29 t’Ottubru.  Din il-Konferenza stampa kienet indirizzata mis-Segretarju Ġenerali tal-Malta Racing Club is-Sur…

Aktar