Local Sports
Karate: Isiru il-Kampjonati Nazzjonali

Aktar minn 250 atleta mill-Malta Karate Federation bl-etajiet bejn is-6 u l-35 sena ħadu sehem fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Karate nhar is-Sibt 13 u l-Ħadd 14 ta’ April fl-iskola nazzjonali tal-Isport, f’Pembroke.

Is-sena 2018 kienet sena mimlija attivitjiet u taħriġ għall-MKF fejn ġew organizzati sitt sezzjonijiet ta’ taħriġ minn tekniċi barranin kif ukoll bil-parteċipazzjoni ta’ tmien kompetizzjonijiet barra minn Malta fejn intrebħu mhux anqas minn 89 midalja.

Mistiedna speċjali għal dawn il-kampjonati kienet is-Sinrjua Kathy Broder li hija Referee tal-European Karate Federation li tagħat sezzjonijiet ta’ taħriġ lir-referees u lit-table officials tal-MKF filwaqt illi segwiet l-andament tal-Kampjonati mill-aspett ta’ refereeing.

Il-President tal-Malta Karate Federation, is-Sur Kenneth Abela, qal:

“Il-viżjoni tagħna hi li nkomplu nippromwovu dan l-isport u għaldaqstant qiegħed isir xogħol mal-World Karate Federation u mal-European Karate Federation b’kollaborazzjoni mal-Maltese Olympic Committee sabiex jiġi inkluż il-Karate fil- GSSE, fil-Logħob tal-Pajjiżi iż-Żagħar tal-Ewropa fis-sena 2023.”

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Local Sports

Sudenti Maltin ta’ Jiu-Jitsu kienu onorati bi tliet Midalji tad-Deheb, erbgħa tal-Fidda u oħra tal-bronze. F`dan it-tournament, ħadu sehem fost l-aqwa atleti minn madwar id-dinja f’dan l-isport. Is- 7 ta`…

Local Sports

Illum, fil-bajja tar-Rinella fil-Kalkara, saret edizzjoni oħra tar-Regatta Annwali tal-Youths bejn Bormla, l-Isla u l-Kalkara. Ir-regatta kienet miftuħa għall-qaddiefa ta’ taħt it-18-il sena. L-Isla rebħu l-ewwel, it-tieni, it-tielet u l-aħħar…

Local Sports

Fl-isforzi kontinwi tiegħu biex jappoġġa l-isforzi tal-atleti żgħażagħ, il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar investiment ta’ € 40,000 li se jitqassam fost grupp ta’ atleti żgħażagħ li wrew futur tajjeb u li…

Local Sports

L-impenji tal-kontiġent Malti fit-tieni edizzjoni tal-Logħob Ewropew li qegħdin isiru f’Minsk, il-Belarus, rajna azzjoni mill-atletli Jeremy Saywell (Judo), Mikela Galea (Sparar) u Alexander Smyth (Ċikliżmu) li ħadu sehem fil-kompetizzjonijiet rispettivi…

Aktar