Oħrajn
Karate: League Nazzjonali tal-Karate Solidarjetà bl-Isports 2018

Aktar minn 200 atleta bejn il-ħames u t-tmintax-il sena ħadu sehem fil-League Nazzjonali tal-Karate li sar fl-Iskola Nazzjonali tal-Isports, Pembroke nhar is-Sibt 21 u l-Hadd 22 ta’ April 2018.

Permezz ta’ dan l-avveniment, il-Malta Karate Federation iffurmat parti mill-inizzjattiva Solidarjetà bl-Isports fejn donazzjonijiet inġabru u ngħataw lill-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.

Kenneth Abela, President tal-Malta Karate Federation qal li r-rispett u l-inklussività jinsabu fil-qalba tal-filosofija tal-Malta Karate Federation fejn jiġu pprattikati dawn il-valuri permezz tal-isport tagħna.  Abela qal ukoll li hu ta’ unur li naraw lil Nick Mercieca jikber fl-isport tal-Karate minkejja l-limitazzjonijiet fiżiċi tiegħu.

L-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Colejro Preca inaugurat dan l-avveniment u indirizzat lill-pubbliku preżenti fiċ-ċerimonja tal-ftuħ.

Is-Sur Abela kkonkluda billi rringrazzja lill-Maltese Olympic Committee kif ukoll lil Sportmalta għall appoġġ kontinwu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

World Pro Racing torganizza tlielaq virtwali ta’ livell għoli, tissieħeb ma’ Student Motorsport. Student Motorsport hija kumpanija li tgħin studenti li qegħdin jistudjaw fil-Motorsport, biex ikollhom esperjenzi fil-qasam tax-xogħol. Mhux…

Oħrajn

L-iżfin tal-breakdance jista’ jsir parti mill-isport Olimpiku u se jidħol fis-seħħ mill-edizzjoni ta’ Pariġi 2024. L-organizzaturi kkonfermaw li l-breakdance hu fost erba’ sports oħra li l-organizzaturi se jkunu qed jipproponu…

Oħrajn

Tifla ta’ 10 snin se tkun waqfet rekord mondjali ġdid hekk kif mill-1 ta’ April li ġej se tibda titħarreġ il-logħba tal-GO bħala plejer professjonali. Il-logħba tal-GO hi board game…

Oħrajn

Laura Zeng, il-ġinnasta numru 1 tal-Istati Uniti, u r-rebbieħa ta’ ħames midalji tad-Deheb fil-Logħob Pan Am, ġiet sospiża sitt xhur minn kull attività sportiva wara li ttestjat pożittiva mill-USADA għal…

Aktar