Fight Sports
Karate: Malta Open bil-parteċipazzjoni ta’ atleti minn 21 pajjiż

Karate: Fi tmiem il-ġimgħa kien organizzat il-Malta Open bil-parteċipazzjoni ta’ diversi atleti li kienu qedgħin jirrapreżentaw xejn inqas minn 21 pajjiż.

Il-kategorija Overall intrebħet minn SKSM Malta segwieta mill-Club All Karate Allience England u fit-tielet post il-Club Cluj Napoca Romanija.

Is-Sezzjoni Kobudo magħrufa bħala s-sezzjoni tal-armi ntrebħet minn All Russian Kobudo, dit-tieni post SKSM karate Malta u fit-tielet post Naha te Jundokan Ukraine.

Fis-sezzjoni KATA, il-kategorija Masters tal-irġeil intrebħet minn DAMIAM BIDABEHERE tal-Arġentina filwaqt li l-kategorija master nisa ntrebħet minn DEBORAH mill-Ingilterra.

Is-sezzjoni Seniors KATA Shotokan irġeil intrebħet minn Antonio Soggia minn Sardigna filwaqt li s-sezzjoni nisa ntrebħet minn Gulia Buffo minn Sqallija.

Fis-sezzjoni KUMITE irġiel GABRIEL CUCCUREL tal-ARGENTINA u TOMASZ VALENTIK mill-ISLOVAKIA rebħu l-kategorija tal-piż tagħhom filwaqt li fin-nisa spikkaw ILIE ADRIANA tar-RUMANIA U LGANUM NAGMANOVA MIR-RUSSIA li rebħu l-kategorija rispettivi.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Fight Sports

Ftit tal-jiem ilu, għall-ewwel darba f’Malta kienu organizzati il-Kampjonati Ewropej tal-Karate kif ukoll l-ewwel it-Tazza tad-Dinja tal-Kobudo.  B’kollox ikkompetew f’malta mal-1,400 atleta f’xejn inqas minn 230 kategorija. Malta kienet rapreżentata mill-Iskola…

Fight Sports

Riżultat ieħor prestiġjuż jinkiseb fi Bratislava, l-iSlovakja, fejn SKSM ikkompetiet b’tim ieħor differenti, did-darba ta’ 5 atleti.  Għall-Kampjonati ‘Slovakia Karate Open’ li hu rikonoxxut mill-World Union Karate Federation attendew 541…

Fight Sports

Wara ħidma intensiva mill-Federazzjoni tat-Taekwondo f’Malta intgħażlu u tħejjew erba’ atleti Maltin għat-2018 World Taekwondo Junior Championships.    Jake Govus, Kylie Magro, Chloe Vassallo u Jerome Vassallo kollha kienu eliġibbli biex…

Fight Sports

Dan ix-xahar f’Malta se ssir l-ewwel ġlieda bil-Muay Thai. Din il-ġlieda se tkun fost għadd ta’ ġlidiet ta’ kickboxing u K1 li se jsiru waqt Gladiators Fight Night 19. Se…

Aktar