Oħrajn
Karate: Malta tispiċċa fit-tielet post fl-Ismall States of Europe Karate Championships

Malta spiċċat fit-tielet post overall fl-Ismall States of Europe Karate Championships li saru fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet f’Andorra.

34 atleta mill-klabbs kollha madwar il-pajjiż tal-Malta Karate Federation ħadu sehem f’dawn il-kampjonati Ewropej tal-Karate għall-pajjiżi ż-żgħar u rnexxielhom jirbħu total ta’ 35 midalja fid-dixxipplini tal-Kata u l-Kumite.

Il-midalji kienu mqassmu fi 11 deheb, 12 fidda u 12 bronż.

F’dawn il-logħob ħadu sehem 7 pajjiżi oħra minbarra Malta li huma Monaco, Lussemburgu, Ċipru, San Marino, Iżlanda, Leichtenstein u Andorra.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn, Sports Internazzjonali

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-kontinġent li se jirrappreżenta lil Malta fil-Logħob tal-Mediterran li ser jsiru ġewwa Tarragona, Spanja bejn it-22 ta ‘ Ġunju u l-1 ta’ Lulju. Il-Logħob se jaraw…

Oħrajn

Fl-1, fit-2, u fit-3 ta’ Ġunju l-Malta Drug-Free Powerlifting Association se tkun qiegħda torganizza l-World Single Lift Championships fi ħdan il-World Drug-Free Powerlifting Federation. Din il-kompetizzjoni hija maqsuma fuq tlett…

Oħrajn

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar li l-20 edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar ta’ l-Ewropa ser jkunu ospitati f’Malta. Il-Kumitat Olimpiku Malti kiseb il-konferma uffiċjali illum, is-Sibt 26 ta’ Mejju waqt l-Assemblea Ġenerali…

Aktar