Oħrajn
Karate: Suċċess għat-tim Malti tax-Shiroi Tora Shotokan Karate Dojo

Kontinġent Malti kompost minn studenti li jittrenjaw il-Karate mal-klabb Shiroi Tora Shotokan Karate Dojo Malta, immexxi minn Sensei Jairzinho Zammit, kienu fost il-protagonisti li ħadu sehem f`kompetizzjoni Internazzjonali organizzata mill – World Union of Martial Arts (WUMA) fl-Ingilterra.

Il-grupp Malti kien iffurmat  minn; Jade Agius, Priscilla Vella, Nang Sam Zammit, Dylan Grech, Chris Privitera u Clive Borg Tedesco.  It-tim tal-Kata tradizzjonali  tal-Karate kompost minn Nang Sam Zammit, Priscilla Vella u Jade Agius, irnexxielu jirbaħ il-kategorija tiegħu u jispiċċa fl-ewwel post. Kienet prestazzjoni tajba ħafna minn dawn l-atleti tant li għalliema u studenti ta’ klabbs oħra barranin personalment espremew apprezzament  lil dan it-tim wara l-kompetizzjoni.

Fil-kategorija individwali tal-kata tradizzjonali, Dylan Grech u Jade Agius irnexxielhom jiġu t-tieni u t-tielet post rispettivament.

Il-kumite ma kienx sfida inqas, iżda Dylan Grech akkwista it-tieni post filwaqt li Clive Borg Tedesco, Chris Privitera u Priscilla Vella spiccaw kollha it-tielet post fil-kategorija tagħhom.

Kienet esperjenza tassew sabiħa għat-tim Malti li diġà beda jħejji ruħu għall-kompetizzjoni oħra bħal din.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

Riżultat ta’ unur għall-iskola Maltija tal-Karate SKSM MALTA fil-Polonja fl-aħħar tal-ġimgħa  l-oħra. Tim ta’ seba’ atleti, minn 13 sa 18 il-sena, irrappreżentaw lil Malta fil-Polish Open 2019, li sar f’Szchechin,…

Oħrajn

World Pro Racing torganizza tlielaq virtwali ta’ livell għoli, tissieħeb ma’ Student Motorsport. Student Motorsport hija kumpanija li tgħin studenti li qegħdin jistudjaw fil-Motorsport, biex ikollhom esperjenzi fil-qasam tax-xogħol. Mhux…

Oħrajn

L-iżfin tal-breakdance jista’ jsir parti mill-isport Olimpiku u se jidħol fis-seħħ mill-edizzjoni ta’ Pariġi 2024. L-organizzaturi kkonfermaw li l-breakdance hu fost erba’ sports oħra li l-organizzaturi se jkunu qed jipproponu…

Oħrajn

Tifla ta’ 10 snin se tkun waqfet rekord mondjali ġdid hekk kif mill-1 ta’ April li ġej se tibda titħarreġ il-logħba tal-GO bħala plejer professjonali. Il-logħba tal-GO hi board game…

Aktar