Oħrajn
Karate: Unuri għal SKSM Malta fil-Polonja

Riżultat ta’ unur għall-iskola Maltija tal-Karate SKSM MALTA fil-Polonja fl-aħħar tal-ġimgħa  l-oħra. Tim ta’ seba’ atleti, minn 13 sa 18 il-sena, irrappreżentaw lil Malta fil-Polish Open 2019, li sar f’Szchechin, fil-Polonja.

Rizultat ta’ 5 Midalji tad-Deheb, 5 Fidda u 4 Bronz.

L-atleti kienu Jean Paul Fenech, Erika u Shauna Gauci,  Dimitry Moyorov, Alex Talbot u Kelvin Vella.  Huma kkompetew f diversi kategoriji kemm individwali (Kata, Kumite u Kobudo) kif ukoll timijiet.

It-tim tat-tfajliet magħmul mill-aħwa Guaci u Alex Talbot spiċċaw bil-Midalja tad-Deheb f’din Il-Kategorija tal-Kumite ta’ taħt l-14-il sena, minn pool ta’ 11-il tim.

Kien hemm parteċipazzjoni ta’ 253 atleta minn 13-il pajjiż differenti fosthom id-Danimarka fejn kienu rappreżentati b’tim kbir u bla dubju rebħu l-pożizzjoni Overall tal-Kampjonati.

Kelvin Vella rebaħ il-Midalja tal-Fidda fil-kategorija tal-Juniors (18-20 sena), fil-Kumite.

Dimitry Mayorov rebaħ żewġ Midalji tad-Deheb fil-Kobudo 13-14 sena u Midalja tal-Bronze fil-Kata fejn spiċċa jokkupa t-tielet post minn fost 15-il atleta.

Erika Gauci, rebħet 4 medalji, waħda deheb, 2 fidda u 1 bronze fil-Kategoriji tal-Kata u Kobudo. Shauna Gauci mxiet fuq il-passi ta’ oħtha Erika u wkoll rebħet 4 Midalji oħra għal Malta.

Alex Talbot u Jean Paul Fenech kienu  ftit sfortunati meta fallew il-podium bi ftit punti u spiċċaw jokkupaw ir-raba’ u s-seba’ post rispettivament fil-kategoriji tagħhom minn fost 18 u 15 il-atleta.

L-aħħar kategorija kienet it-team Kumite tan-nisa fejn Talbot u l-aħwa Gauci taw wirja spettakolari fil-Kumite u spiċċaw rebħu l-ewwel post f’din il kategorija hekk missielta minn 11-il tim.

Din il-Midalja issiġillat it-total għal 5 deheb, biex b hekk, it tim Malti ġab lejn Malta total ta 14-il Midalja.

Din il-kompetizzjoni kienet preparazzjoni għall-kampjonati tad dinja li se jsiru x-xahar id-diehel fi Bratislava taħt il-bandiera tal World Union Karate Federation fejn Malta se tiġi rappreżentata minn atleta wieħed.

Min hawn nawguraw aktar suċċess lill-membri kollha ta’ din l-iskola Maltija, SKSM Karate Malta,  li bla dubju ta’ xejn iġġib unur wieħed wara l-ieħor fil-qasam tal-Karate lejn Malta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

Kevin Roberts, iċ-Chief Executive ta’ Cricket Australia, irriżenja mill-kariga tiegħu wara kritika qawwija dwar il-mod kif mexxa l-Assoċjazzjoni fl-agħar żmien ta’ kriżi tal-pandemija tal-coronavirus. Roberts, ta’ 47 sena, kien kritikat…

Oħrajn

Tliet plejers ta’ West Indies iddeċidew li ma jivvjaġġawx mal-kumplament tat-tim għall-partiti fl-Ingilterra tax-xahar id-dieħel minħabba biża’ mill-coronavirus. Il-plejers Shimron Hetmyer, Darren Bravo u Keemo Paul iddeċidew ma jingħaqdux mat-tim…

Oħrajn

Is-sewwieq Danie Abt tkeċċa minn ma’ Audi wara li fil-kompetizzjonijiet esports li qed isiru bħalissa, qabbad espert tal-logħba tal-kompjuter jilgħab minfloku. Abt, ta’ 27 sena, ammetta li fit-tellieqa tas-Sibt li…

Oħrajn

Il-plejer nazzjonali tas-Sri Lanka Shehan Madushanka ġie sospiż mill-isport kollu wara li nqabad fil-pussess tad-droga. Madushanka, meqjus wieħed mill-aqwa plejers tal-cricket fid-dinja, ġie arrestat is-Sibt wara li nstab fil-pussess ta’…

Aktar