Karl Izzo se jagħti ċans lill-uċuħ ġodda

RAPPORT SANDRO MICALLEF

Il-coaches tat-teamijiet Nazzjonali tal-waterpolo Karl Izzo u Anthony Farrugia sejħu lista proviżorja ta’ players għat-taħriġ qabel iż-żewġ impenji li għandu t-team Nazzjonali Malti fil-ġimgħat li ġejjien.

L-ewwel impenn se jkun tournament ta’ ħbiberija bejn sitt nazzjonijiet u se jsir bejn it-22 u s-26 ta’ Ottubru.

Ftit tal-jiem wara isir it-tournamnet tal-LEN Cup f’Malta fejn l-ASA se tkun qed terġa’ tipparteċipa taħt l-isem ta’ Valletta.

Dawn iż-żewġ tournaments qed isiru bi preparazzjoni għal grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati ewropej tas-sena 2016 fejn il-logħbiet tal-gruppi se jintlagħbu fi Frar li ġej.

Il-players imsejħa huma dawn:
Mit-team tal-Exiles: Peter Borg, mit-team tan-Neptunes Alan Borg Cole GK, Jordan Camilleri, Stevie Camilleri, Niki Lanzon, Clint Mercieca u
Sean Xerri De Caro.

Mit-team ta’ San Giljan: Kai Dowling, Andreas Galea, Keith Galea, Dino Zammit, Matthew Zammit.

Mit-team ta’ Sirens: Marc Grech, Niki Grixti GK, u Zack Mizzi

Mit-team ta’ Sliema: Alex Attard, Christian Cluett, Mark Meli u finalment mit-team tal-Valletta: Michael Rizzo, Ryan Sciortino GK u Michael Spiteri Staines.

Fost il-players regoalri li dejjen jissejħu tħejjew barra Timmy Sullivan, John Brownrig, Jerome Gabaretta, Michele Stellini, u l-goalkeepr Dean Camilleri.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Novak Djokovic kellu jitħabat mhux ħażin biex fl-Open tal-Italja għamilha għall-finali. Fis-semifinali kontra n-Norveġiż Casper Ruud, is-Serb irnexxilu jirbaħ b’żewġ sets, 7-5, 6-3. F’kundizzjonijiet xejn feliċi, fejn ir-riħ lagħab parti…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Aktar