Formula 1
Karozza tal-Lego tal-Formula 1 iġġib €95,300

Fid-dar tal-irkant Artcurial ta’ Pariġi fi Franza, karozza tal-lego ġabet is-somma ta’ €95,300. Din il-karozza mibnija mir-Renault u l-Formula 1 fiha 313,000 bricks tal-lego mdawra ma’ struttura tal-ħadid.

Il-karozza tal-lego hija mibnija fuq il-karozza li kien isuq Nico Hulkenberg, u fil-fatt għandha t-tyres tal-Pirelli u l-isteering huwa replika ta’ dak li bih kien isuq l-istess sewwieq.

L-organizzaturi baqgħu impressjonati bil-prezz li marret din il-karozza għaliex huma kienu qed jipproġettaw li għallinqas idaħħlu bejn €30,000 u €50,000 minn dan l-irkant, imma fl-aħħar spiċċaw biex qalgħu d-doppju ta’ dak li kienu qed jimmaġinaw. Id-dħul minn dan l-irkant mar kollu għall-UNICEF.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Lewis Hamilton rebaħ is-sitt Grand Prix tal-Ingilterra li saret illum f’Silverstone. Hamilton mar quddiem wara ftit laps. Kienet Valterri Bottas li mar fuq quddiem mal-ħruġ tat-tellieqa iżda spiċċa fit-tieni post…

Formula 1

Formula 1: Valtteri Bottas irnexielu jissorprendi lill-favorit Lewis Hamilton sabiex rebaħ il-Pole Position tal-Grand Prix ta’ Silverstone. Bottas fuq Mercedes kellu ħin ta’ 0.006 aħjar minn Hamilton li se jibda…

Formula 1

Iċ-ċirkwit ta’ Silverstone se jibqa’ parti mill-kalendarju tal-Formula 1 għal mill-inqas ħames snin oħra. Dan wara li l-Formula 1 uffiċjalment ħabbru li kien intlaħaq dan il-ftehim. Iċ-ċirkwit kien fid-dubju jkunx…

Formula 1

Il-Grand Prix ta’ Silverstone ser jibqa’ jsir għall-ħames snin li ġejjin. Din l-aħbar ingħatat mill-Formula 1 wara li ntlaħaq qbil dwar pakkett finanzjarju sabiex tibqa’ ssir it-tellieqa fl-Ingilterra. Sentejn ilu…

Aktar