Motorsport
Karting: Erba’ sewwieqa Maltin jirritornaw mis-seba’ rawnd tal-kampjonat Rok Cup Sicilia

Erba ‘sewwieqa Maltin, Gianluca Dingli, Micah Scicluna, Kieran Galea, u Nicholas Borg għadhom kemm irritornaw mis-7 rawnd tal-kampjonat Rok Cup Sicilia.

L-avveniment seħħ f’Circuito Vincenza f’Ispica u s-sewwieqa Maltin ippjanaw li jieħdu sehem f’żewġ klassijiet differenti iżda Karting Sicilia ddeċidiet li tagħmel klassi waħda, it-Tag 125.

Is-sewwieqa Maltin iddominaw it-tiġrijiet kollha b’Gianluca Dingli jispiċċa l-1 fis-Super Rok, filwaqt li Micah Scicluna, Kieran Galea, u Nicholas Borg spiċċaw l-1, it-2, u t-3 rispettivament fil-Klassi Senior Rok.

Gianluca Dingli rebaħ ukoll klassi konġunta b’distakk konsiderevoli mat-tieni runner up.

Miktub minn...
TVM Sport