Motorsport
Karting: Gianluca Dingli jikkompeti fil-Kampjonat Taljan organizzat mill-ACI Sport

Is-sewwieq Malti Gianluca Dingli ikkompeta fl-ewwel tiġrija uffiċjali fis-sitt sena tiegħu fil-Kampjonat Taljan organizzat mill-ACI Sport.

L-ewwel rawnd sar fiċ-ċirkwit internazzjonali ta’ Triscina fi Trapani.

Dingli kkompeta fil-klassi Senior X30 bil-kart numru 410 u fl-ewwel tellieqa Dingli tilef 4 postijiet u spiċċa fid-9 post.

Imbagħad fit-tellieqa finali Dingli avvanza żewġ postijiet u spiċċa fil-pożizzjoni numru 7.

Wara biss l-ewwel rawnd tal-kampjonat Dingli jinsab fit-8 post.

Kyle Micallef, sewwieq ieħor tal-karting Malti, kien ukoll fi Triscina.

Micallef ikkompeta fil-klassi 60-mini.

Wara l-ewwel rawnd tal-kampjoant Micallef jinsab fis-17 il-post.

Miktub minn...
TVM Sport