Sport Lokali
Karting – L-ewwel rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali

L-ewwel rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting sar nhar il-Ħadd li għadda fiċ-ċirkwit La Reve f’Ħal Far. Il-kampjonat qiegħed jittella’ b’mod konġunt bejn Island Karting Club, Karting Club Malta u l-Malta Motorsport Federation. Sewwieqa tal-karting ikkompetew f’sitt klassijiet differenti.

Il-Klassi Entry Level intrebħet minn Mason Barun, segwit minn Zane Pace u Ayrton Jon Tonna.

Il-Klassi 60cc intrebħet minn Daniel Abela segwit minn Kyle Micallef u Dario Mifsud.

Il-Klassi IameX30 intrebħet minn Kyle Mercieca segwit minn Salvatore Toscano u Ryan Borg.

Il-Klassi Junior 125cc intrebħet minn Kieran Galea segwit minn Kian Gauci.

Il-Klassi Rotax Max intrebħet minn Nicky Gauci, segwit minn Eman Muscat u Rodren Vella.

Il-Klassi Vortex Rok Gp intrebħet minn Trevor Muscat segwit minn Micah Scicluna u Lucas Pace.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA