Motorsport
Karting: Nicky Gauci jirbaħ klassi 125 Rotax fi Sqallija

Nicky Gauci, sewwieq tal-karting Malti u membru tal-Karting Club Malta li għandu ‘sittax -il sena, rebaħ l-ewwel round tal-kampjonat tal-karting ġewwa Sqallija meta kkompeta fil-klassi magħrufa bħalha 125 Rotax. Gauci u tliet sewwieqa Maltin oħra Jake Agius, Neville Zammit u Luke Muscat ikkompetew kontra erba’ sewwieqa Sqallin.

Wara li għaddha mill-kwalifikazzjonijiet Gauci spiċċa s-semi-finali b’vantagg ta ‘5.350 sekondi fuq l-isqalli Massimo Angelo meta fil-finali d-distakk bejn Massimo Angelo u Gauci kiber għal 13.783 sekonda pero it-tieni post ittieħed min sewwieq Sqalli ieħor Puglisi Michele b’distakk ta 1.526 sekonda. B’hekk it-tellieqa intrebhet minn Gauci u l-aħjar ħin ta Gauci kien ta 46.265 sekonda li ġie regisrat waqt is-Semi Finali.

Gauci huwa mistenni li jitlef ir-round illi jmiss minħabba impenji skolastiċi iżda l-vantaġġ li akwista f’dan l-ewwel round għandu jgħin il-Gauci fil-kumplament tal-kampjonat.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.