Olimpijadi TOKYO 2020
Katarina Johnson-Thompson tirtira mill-Olimpjadi wara li weġġgħet fit-tellieqa tal-200 metru

Iċ-champion dinjija tal-Heptathlon Katarina Johnson-Thompson weġġgħet waqt it-tellieqa tal-200 metru u kellha tirtira mill-Olimpjadi. Din l-injury waslet xhur wara li Johnson-Thompson kellha problemi fl-Achilles tendon.

Il-Brittanika kienet ġejja minn rebħa fil-heat tal-ostakoli, kif ukoll qabżet 1.86 metri fil-high jump, sakemm fil-200 metru spiċċat ikkrollat fl-art. Il-voluntiera ħarġu biex jassistuha u saħansitra ħarġu siġġu tar-roti, iżda Johnson-Thompson kienet determinata li tlesti t-tellieqa, u fuq sieq waħda u bi sforz irnexxielha tagħmilha.

F’kumment li tpoġġa mit-tim tal-Gran Brittanja fuq Twitter, intqal li Johnson-Thompson weġġgħet il-pexxun.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA