Bowling
Kayden Laganà jsir l-ewwel Malti li jgħaddi għall-Masters fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ

Kayden Laganà sar l-ewwel żagħżugħ Malti li għamilha għall-Masters tal-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ tal-Bowling.

Laganà, li għad għandu 13-il sena, ser ikompli jikkompeti fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ li qed isiru f’Tilburg, l-Olanda.

Iż-żagħżugħ Laganà huwa l-ewwel Malti fl-istorja tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Bowling li kkwalifika għall-finali tal-Masters fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ li ser jibdew is-Sibt filgħodu. Fi 18-il logħba Laganà ġab medja ta’ 205.3 punti u b’hekk ikkwalifika għall-fażi finali li tagħlaq dawn il-Kampjonati.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA