Keith Camilleri bi prestazzjoni tajba f’Vallelunga

RAPPORT SANDRO MICALLEF

Id-Driver żagħżugħ Malti Keith Camilleri irritorna fil-Kampjoant tal-Formula 4 ġo Vallelunga wara li kien qabeż l-aħħar Grand Prix li kien sar f’Maggione.

Wara li spiċċa fl-10 post fl-ewwel tellieqa u kellu l-opportunita’ li l-Ħadd filgħodu f’tellieqa numru 2 jibda mill-Pole iżda kellu ħruġ ħażin hekk kif strollja u inqabeż mill-karozzi Tatuus kollha bil-konsegwenza li kelu jitħabat sabiex jikseb it-13 -il post meta għamel sensiela ta’ over takings li bdew jimlewħ b’kuraġġ.

Fit-tielet u l-aħħar tellieqa dik ta’ wara nofsinhar Camilleri spiċċa fil-11 -il post finali fejn il-kollega tiegħu ta’ Malta Formula Racing l-Amerikan Zackary Tanti spiċċa ferm warajh u tem it-telieqa biss fis-17 -il post. Camilleri kien distakkat b’25 sekonda min Stroll li rebaħ il-Gran Prix ta’ Vallelunga bid-driver l-ieħor ta’ Prema Power Maisano jispiċċa t-tieni.

Camilleri għamel l-aħjar ħin fit-13 -il dawra meta rreġistra ħin ta’ minuta, 37 sekonda punt 118.

L-aħħar żewġ Gran Prix qabel tmiem il-kampjoant ikunu dawn ta’ Monza u Imola rispettivament b’dak ta’ Monza jsir fit28 ta’ Settembru.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

57 sewwieq żgħażagħ, minn 8 snin sa 25 sena, ġew approvati mill-Malta Motorsport Federation (MMF) għall-ewwel fażi tal-Programm ta ’Taħriġ tas-Sewwieqa Żgħażagħ tal-FIA flimkien mal-MMF li beda mit-Tnejn 6 ta’…

Motorsport

Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport tixtieq tifraħ lil Island Karting Club għall-inawgurazzjoni tal-korsa tal-karting f’Ħal Far. Il-Federazzjoni hija grata lejn kull min kien involut fosthom Infrastructure Malta għall-appoġġ tagħhom fit-tlestija ta ’din…

Motorsport

Iċ-Ċili se jkunu qed jospitaw l-ewwel tellieqa fil-kalendarju tal-Formula E, ‘the Santiago E-Prix’. L-ewwel tellieqa ssir fis-16 ta’ Jannar. Il-kampjonat itemm bl-aħħar Grand Prix f’Londra, f’Lulju. Il-line up tal-kalendarju kien…

Motorsport

Il-Malta Motorsport Federation ilha taħdem mill-qrib mal-FIA fuq inizjattiva ġodda specjalment f’dan iż-żmienijiet ta’ impatt tal-COVID-19, biex toħloq programm online ta’ taħriġ għas-sewwieqa żgħażagħ (YDP). Il-President tal-MMF, Tonio Cini, iddikjara…

Aktar