Sports Internazzjonali
Kelb jisfratta logħba cricket u jagħti ġirja tajba lil sidu

Kelb seraq l-attenzjoni għal ftit sekondi waqt is-semifinali tal-cricket fl-Irlanda. Għall-ewwel darba ġiet organizzata l-Clear Currency All-Ireland T20 Cup, u fis-semifinali tan-nisa, il-kelb Dazzle deher jiġri fil-grawnd u saħansitra daħal fil-logħba.

Il-ġeru tar-razza Cocker Spaniel qabad il-ballun f’ħalqu u wara ġirja tajba fil-grawnd baqa’ sejjer bih lejn waħda mill-plejers tat-tim avversarju.

Sid il-kelb deher jiġri warajh fil-grawnd sakemm irnexxielu jaqbdu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA