Sport tal-Baħar
Kelly Slater jgħaddi għar-raba’ round tal-heats fit-Tazza tad-Dinja tas-Surfing

Is-surfer veteran Kelly Slater rebaħ il-heat tiegħu l-Ħadd li għadda biex għadda għar-raba’ round tal-Vans Surfing World Cup. Il-heats saru fil-bajja Sunset t’Oahu. L-Amerikan Slater, li rebaħ it-titlu għal 11-il darba, għeleb l-isfida tal-Awstraljani Kyuss King u Stuart Kennedy biex żamm it-tama li jerġa’ jirbaħ it-Tazza tad-Dinja wara 21 sena. Ir-rebbieħ tas-sena li għaddiet, l-Amerikan Ezekiel Lau wkoll għadda għar-raba’ round u jista’ jkun l-isfidant ewlieni ta’ Slater għar-rebħ tat-titlu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sport tal-Baħar

Numru kbir ta’ surfboards inqerdu fin-nirien li ħakmu l-Awstralja fl-aħħar ġimgħat. Dan żvelah is-surfer Awstraljan David Ford li kellu kollezzjoni ta’ 260 vintage surfboard li issa kollha spiċċaw maħruqa. Skont…

Sport tal-Baħar

Il-kompetizzjoni tas-surfing fl-Olimpjadi 2024 li ser isiru f’Pariġi, minflok ser issir 15,000 kilometru ‘l bogħod mill-kapitali Franċiża. L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Surfing aċċettat proposta li l-kompetizzjoni tas-surfing issir f’Tahiti, fl-Oċean Paċifiku. Tahiti…

Sport tal-Baħar

Fl-età ta’ 47 sena, Kelly Slater baqa’ jimpressjoni fis-surfing, fl-aħħar taqtiegħa fil-Billabong Pipe Masters fil-Hawaii. Fit-tielet round Slater irnexxielu jegħelb l-isfida tal-Franċiż Joan Duru, imma l-isfida prinċipali ser tkun mal-Amerikan…

Sport tal-Baħar

Il-jott Malti, Elusive 2, tal-aħwa Maya, Aaron u Cristoph Podesta u l-jott Maxi Amerikan Rambler ta’ George David ħadu l-ogħla unuri fl-avveniment tant prestiġġjuż tar-Rolex Middle Sea Race. Dalgħodu f’Dar…

Aktar