Futbol internazzjonali
Kemm għandhom paga Klopp, Conte, Simeone, Mourinho u Ancellotti ?

Il-Ġurnal France Football irnexxielu sa fl-aħħar jippublika xogħol li ilu jaħdem fuqu għal dawn l-aħħar tliet xhur dwar il-pagi tal-kowċis madwar id-Dinja. Fost l-iktar 20 kowċ imħallsa hemm diversi kowċis li jikkowċjaw fl-Ewropa. Fuqnett ta’ din il-lista hemm il-kowċ Arġentin Diego Simeone ta’ Atletico Madrid li dan l-istaġun se jkun qed idaħħal xejn inqas minn €40.5 miljuni minn kuntratt dirett mal-Club u kuntratt personali ta’ marketing mal-kumpanija Range Rover. Minn dawn hu se jara f’idejħ biss €22miljun ewro netti minħabba li fi Spanja r-rata ta’ taxxa hi ta’ 45% meta taqbeż paga ta’ iktar minn €600,000. Isegwi Antonio Conte li dan l-istaġun se jaqla €30 miljun, minnhom €20miljun minn Inter li jiżdiedu mad-€9.8 miljuni li ħallsuħ Chelsea wara l-kwitsjoni tat-terminazzjoni tal-kuntratt tiegħu l-istaġun li għadda. Isegwu fil-lista tat-top 5  Pep Guardiola ta’ Manchester City bi €27miljun,  Jürgen Klopp ta’ Liverpool b’ €24miljun, u José Mourinho ta’ Tottenham flimkien ma’ Zinedine Zidane ta’ Real Madrid it-tnejn bi €23miljun.

Il-Lista sħiħa publikata minn France Football hija din t’hawn taħt. (Iċ-ċifri huma kollha fuq bażi Gross)

1 | Diego Simeone (Atletico Madrid) – €40.5m

2 | Antonio Conte (Inter Milan) – €30m

3 | Pep Guardiola (Manchester City) – €27m

4 | Jürgen Klopp (Liverpool) – €24m

5 | José Mourinho (Tottenham) – €23m

5 | Zinedine Zidane (Real Madrid) – €23m

7 | Ernesto Valverde (free agent) – €19m

8. Fabio Cannavaro (Guangzhou Evergrande) – €14m

9. Massimiliano Allegri (free agent) – €13.5m

10. Rafael Benitez (Dalian Yifang) – €13m

11. Carlo Ancelotti (Everton) – €12m

12. Manuel Pellegrini (West Ham United) – €10.5m

13. Maurizio Sarri (Juventus) – €10.3m

14. Leonardo Jardim (free agent) – €10.2m

15. Vitor Pereira (Shanghai SIPG) – €10m

16. Mauricio Pochettino (free agent) – €9.4m

17. Brendan Rodgers (Leicester City) – €9.1m

18. Thomas Tuchel (PSG) – €8.5m

19. Ole Gunnar Solskjaer (Manchester United) – €8.3m

20. Bruno Genesio (Beijing Guoan) – €8m

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-CAS, it-Tribunal tal-Arbitraġġ Sportiv ibbażat fl-Ivizzera dalgħodu ppublika d-deċiżjoni finali dwar l-appell li kienu ressqu Manchester City wara li dawn kienu ġew sospiżi milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet ewropej tal-UEFA. Manchester City…

Futbol internazzjonali

Napoli 2   Milan 2 Draw fis-San Paolo bejn Napoli u Milan meta f’konfront missielet spiċċaw 2-2. Milan fetħu l-iskor fl-20 minuta b’gowl ta’ Hernandez, u Di Lorenzo ġab id-draw għal…

Futbol internazzjonali

Tottenham H. 2   Arsenal 1 Tottenham Hotspur rebħu d-derby ta’ Londra meta laqgħu għandhom lil Arsneal u rebħulhom 2-1. Kienu l-Gunners l-ewwel li fetħu l-iskor meta Lacazette sab ix-xibka fis-16-il…

Futbol internazzjonali

Stennija kbira għad-deċiżjoni tal-lum mill-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv (CAS) dwar jekk Manchester City humiex ser jitħallew jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej fis-sentejn li ġejjin. Wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Manchester City…

Aktar