
Boxing – Il-boxer Kerstin ‘The Bullet’ Brown kellu t-tmien ġlieda professjonali tiegħu fl-Ukrajna, din id-darba kontra s-Serb Miloslav Savic tas-Serbja. F’sitt rounds ta’ tliet minuti l-wieħed, il-Malti rnexxielu jirbaħ b’deċiżjoni unanima tal-ġurija. Minn meta Kerstin ‘The Bullet’ Brown qaleb professjonali, huwa rebaħ seba’ u tilef ġleida waħda biss.





Il-ġlieda kienet organizzata mill-Boxing Union Promotions u l-ispettaklu kien preżentat minn Michael Buffer li jippreżenta diversi spettakli simili fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti.
Nhar l-Erbgha 27 ta’ Novembru Prizeboxing Promotions organiżżaw serata ta’ boxing professjonali flimkien ma’ SIGMA, bħala lejla uffiċjali ta’ divertiment għall-konferenza tal-iGaming li saret f’pajjizna. Fl-azzjoni kien hemm l-aqwa boxers…
Iċ-champion tal-heavyweight Andy Ruiz ser jerġa’ jiġġieled m’Anthony Joshua nhar is-Sibt li ġej, 7 ta’ Diċembru. Il-ġlieda boxing li ser issir fil-kapitali tal-Arabja Sawdija, Riyadh, hija waħda mistennija biż-żewġ boxers…
F’sobborg fil-belt ta’ Napli, knisja tas-seklu sbatax kienet mibdula f’ring tal-boxing, fejn żgħażagħ differenti qegħdin jinġabru sabiex jitgħallmu dan l-isport u xejn xejn jitbiegħdu mit-toroq tal-belt u mill-kriminalità. Fid-distrett ta’…
Il-Boxer ta’ 42 sena Floyd Mayweather ħabbar li se jkun qiegħed jirritorna fir-ring fl-2020. Din l-aħbar ma kinitx mistennija mis-segwaċi tal-Boxing wara li aktar kmieni din il-ġimgħa l-istess Mayweather f’intervista’…