Rugby
Kevin Buttiġieġ maħtur aġent President tal-MRFU

Sport lokali: Il-Malta Rugby Football Union għandha aġent President ġdid wara r-riżenja f’April li għadda ta’ Steve Busuttil mill-kariga.

L-Aġent President maħtrur għalissa hu Kevin Buttiġieġ li kien it-tieni President fl-istorja tal-MRFU. TVM Sport għandu informazzjoni li sakemm titlaqqa’ l-laqgħa ġenerali annwali ta’ Settembru li ġej Buttiġieġ se jkun assistit minn Dr Chris Cachia filwaqt li Rhona Scerri u Mike Borg ġew appuntati bħala aġent Segretarja u Teżorier rispettivament.

TVM Sport jinsab infurmat li bħalissa fil-Union hemm diversi opinjonijiet dwar jekk il-kowċ Nazzjonali Damien Neil għandux jibqa’ kowċ wara erbatax -il sena fit-tmexxija. Kritika oħra li qed taffaċċja l-MRFU mill-membri tagħha u anke mill-players hi l-fatt li li l-Union ikkonċediet ‘walk over’ kontroversjali fil-playoff kontra l-Ukrajna wara li fl-aħħar logħba tal-grupp tal-Conference South 1 Malta kienet ġiet draw ta’ 18-18 u kienet rebħet id-dritt li tilgħab din il-playoff għall-promozzjoni f’diviżjoni ogħla fejn issa l-Ukrajna ġew promossi awtomatikament mingħajr ma’ lagħbu kontra Malta.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Rugby

Rugby Europe – Grupp Conference 1 South Malta…..16 Ċipru…..18 Wara li ftit tal-ġramet ilu Malta għelbet lil Slovenja bil-puntegg ta’42 kontra 14, illum it-tim Malti tilef kontra Ċipru bl-skor ta’…

Rugby

Wara r-rebħa away mas-Slovenja, it-team nazzjonali Malti tar-Rugby jirritorna fl-azzjoni nhar is-Sibt meta jiffaċċja lil Ċipru fil-Hibernians Stadium. Il-konfront huwa t-tieni wieħed għal Malta fil-grupp Conference 1 South ta’ Rugby…

Rugby

Mir-Rugby Europe Conference South 1, Malta ħadet l-ewwel rebħa tal-istaġun 2019/20 meta għelbet lill-Islovenja bil-punteġġ 42 għal 14. Din kienet l-ewwel logħba għal dan l-istaġun, bit-tim Malti kien qiegħed jilgħab…

Aktar