Futbol internazzjonali
Kevin De Bruyne jiffirma sentejn oħra ma’ Manchester City

Ftit sigħat wara l-partita tal-bieraħ, li Manchester City rebħu fl-ewwel leg tal-kwartit tal-finali tal-UEFA Champions League kontra Borussia Dortmund bi skor ta’ 2-1, il-klabb Ingliż ġedded il-kuntratt tal-Belġjan Kevin De Bruyne, b’sentejn oħra sas-sajf 2025.

De Bruyne ilu ma’ Manchester City għal dawn l-aħħar ħames snin u nofs, liema żmien għamlu wieħed mill-aqwa plejers fid-dinja.

De Bruyne rebaħ żewġ kampjonati, FA Cup u erba’ League Cups kemm ilu mal-leaders tal-kampjonat Ingliż.

Il-Belġjan għadu kemm rebaħ ukoll il-PFA Player tas-Sena tas-sena l-oħra.

Miktub minn...
TVM Sport