Khan se jgħin sabiex terġa’ tinbena l-iskola f’Peshawar

Wara r-rebħ u d-difiża tat-titlu tal-Welterweight aktar kmieni dan ix-xahar, Khan wasal fil-Pakistan sabiex iwassal messaġġ li l-isport u l-edukazzjoni huma t-triq ‘il quddiem fil-ħajja. Dan wara li f’nofs dan ix-xahar, grupp ta’ ribelli attakkaw skola f’Peshawar u qatlu madwar 140 student. Khan saħaq li jrid jgħin lill-gvern tal-Pakistan sabiex jerġa’ jibni din l-iskola u jgħin fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.
Khan li huwa mwieled f’Bolton l-Ingilterra minn ġenituri Pakistani qal li qiegħed jagħti x-shorts li ġġieled bih fl-aħħar ġlieda lill-Amir Khan Foundation sabiex dan jiġi rkantat u mistennija jinġabru madwar 30,000 lira sterlina għalih.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

L-Eks Champion tal-UFC l-Ultimate Fight Championship Conor McGregor kien arrestat il-bieraħ f’Corsica fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali u atti indiċenti fil-publiku. Ir-rapport fil-konfront ta’ McGregor sar erbat ijiem ilu u…

Fil-belt kapitali tal-Ġappun, f’Tokjo, inxtegħlet siġra kbira b’dawl mill-isbaħ, biex tfakkar is-sena bogħod mill-Paraolimpjadi 2021. Il-Paraolimpjadi kellhom isiru f’dan is-sajf qabel l-Olimpjadi iżda mxew għas-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-Paraolimpjadi…

Grupp ta’ baħħara mill-Malta Young Sailors Club dan l-aħħar iffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-windsurfing, sport li kien laħaq il-popolarità tiegħu fis-snin tmenin u disgħin. Din l-attività wasslet għall-iżvilupp ta’ festival…

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Aktar