Kickboxing
Kickboxing: 56 atleta jiksbu ċintorin ġdid

Il-Ħadd li għadda, il-‘World Kickboxing Network’ (WKN), flimkien mal-Assoċċjazzjoni tal-Kickboxing f’Malta (MKBA) organizzat it-tieni edizzjoni tal-eżamijiet għal din is-sena.

Dan sar fil-Ying Yang Kickboxing Club, Fgura taħt it-tmexxija ta’ Kancho Adrian Axisa f’isem il-WKN u l-president tal-MKBA Isaac Chetcuti.

It-tim tal-eżaminaturi kien jikkonsisti minn Demis Scicluna, Noel Mercieca, Evan Frendo, Keith Zammit u Clayton Micallef bl-għajnuna ta’ Daniel Zahra u Karl Mifsud.

Apparti n-numru sostanzjali ta’ atleti minn Team Noel, kien hemm ukoll studenti minn klabbs varji fosthom Kibishii Michi u The New Kickboxing Club.

Dawn l-istudenti ġew eżaminati fuq diversi affarijiet fosthom l-eżerċizzju fiżiku, tekniku differenti u l-ġlied fih innifsu.

Ta’ min isemmi li eżamijiet bħal dawn mhux biss jgħinu lil dawn il-ġellieda fil-qasam tal-isport iżda jservu ta’ għajnuna kbira fil-mentalità tal-individwu. Permezz ta’ dawn l-eżamijiet, l-atleti kkonċernati jemmnu ferm iktar fihom infushom meta jaraw li t-taħriġ kontinwu li huma jagħmlu jkun qiegħed iħalli l-frott tiegħu.

L-atleti li kisbu dawn iċ-ċintorini ġodda huma:

Ċintorin Isfar – Matthias Pace, Kane Wright, Mark Ellul, Shania Ellul, Alex Zhumascho, Yuri Mikhailovich, Allana Attard, Aiken Buhagiar, Chad Schembri, Nicole Busuttil, Zeyon Fenech, Sergei Saliba, Kieron Galton, Shyan Sammut, Scott Pace, Noelene Cole, Keon Darmanin, Kirill Strunkov, Paul Sciberras, Eaman Cachia, Kyle Agius, Ben Amato, Ryan Bowd u Martina Frendo.

Ċintorin Oranġjo – Kurt Vella, Charlone Agius, Yasmine Pulis, Steve Galea, Xanthe Briffa, Stephen Mifsud, Terence Zahra, Jonathan Muscat, Justin D’Amato, Rheane Briffa, Carlos Murhino, Karl Witschurke , Amson Mercieca, Isaac Bugeja u Danzell Azzoppardi.

Ċintorin Aħdar – O’Jay Mangion, Jasmine Spiteri, Kersty Rizzo, Brenda Spiteri, Emilio Barbara, Anouska Naudi, Alan Aquilina, Andrew Mamo, Madeline Vassallo, Fay Cortis u Jakov Bosnjak.

Ċintorin Blu – Lorin Scicluna, Jeffrey Schembri u Kim Besancon.

Ċintorin Vjola – Jessica Casha u Matthew Brown.

Ċintorin Iswed (First Dan) – Jesred Piscopo.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Kickboxing

Wara biss ġimagħtejn fejn l-atleta Keith ‘Speed’ Azzopardi ġie nkurunat champion tad-dinja fi Franza, huwa reġa’ kkompeta għal titlu mondjali ieħor din id-darba fil-K1, fil-padiljun sportiv ta’ Kordin. Azzopardi ħabbatha…

Kickboxing

Avveniment ieħor ta’ kickboxing lokali – Gladiators Promotions ser tkun qed ittella’ s-serata Gladiators Fight Night XXIII nhar is-Sibt 29 ta’ Ġunju ġewwa l-Padiljun Sportiv ta’ Kordin. Mistenni lejl interessanti…

Kickboxing

Il-Kickbxer Malti Keith Azzopardi il-bieraħ filgħaxija kien dikjarat iċ-Champion il-ġdid tal-kategorija Featherweight tal-World Kickboxing Network. Il-ġlieda li kien involut fiha Azzopardi kontra l-Franċiż Jonathan Pastorino fil-kategorija taħt is-60kg u saret…

Kickboxing

Il-kickboxer Maltija Diane Schembri minn Ying Yang Team Noel irritornat lura pajjiżna ftit tal-jiem ilu wara li rrappreżentat lil Malta ġewwa Bedzin, il-Polonja fil-kompetizzjoni ‘Girl Power 8’. Wara li telgħu…

Aktar