Kickboxing
Kickboxing: Diane Schembri lura f’pajjiżna wara li rrappreżentat lil Malta f’Bedzin, fil-Polonja fil-kompetizzjoni ‘Girl Power 8’

Il-kickboxer Maltija Diane Schembri minn Ying Yang Team Noel irritornat lura pajjiżna ftit tal-jiem ilu wara li rrappreżentat lil Malta ġewwa Bedzin, il-Polonja fil-kompetizzjoni ‘Girl Power 8’.

Wara li telgħu l-poloz, Schembri bdiet din il-kompetizzjoni b’taqbida kontra Olga Gavrish f’isem l-Ukrajina. L-atleta Maltija uriet dominanza assoluta mill-ewwel ftit sekondi tal-bawt fejn bdiet tolqot lill-avversarja tagħha b’daqqiet preċiżi u effettivi. Dan kollu wassal biex eventalment, Schembri rebħet b’knockout fl-ewwel rawnd.

Wara din ir-rebħa, Schembri avvanzat għas-semi finali kontra l-atleta professjonali Taljana Victoria Di Mauro. Għal darb oħra, Diane tat prestazzjoni mill-aqwa kontra din il-ġellieda professjonali. Il-ġurija tat ir-rebħa lil Di Mauro, l-istess atleta li eventwalment rebħet il-finali u ġiet inkurunata t-titlu prestiġjuż ‘WKN Championship Girl Power Belt’

Ta min ifakkar li din il-ġimgħa Keith ‘Speed’ Azzopardi ser ikun qiegħed jissielet għal titlu ieħor ġewwa Nice, Franza.

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Kickboxing

Avveniment ieħor ta’ kickboxing lokali – Gladiators Promotions ser tkun qed ittella’ s-serata Gladiators Fight Night XXIII nhar is-Sibt 29 ta’ Ġunju ġewwa l-Padiljun Sportiv ta’ Kordin. Mistenni lejl interessanti…

Kickboxing

Il-Kickbxer Malti Keith Azzopardi il-bieraħ filgħaxija kien dikjarat iċ-Champion il-ġdid tal-kategorija Featherweight tal-World Kickboxing Network. Il-ġlieda li kien involut fiha Azzopardi kontra l-Franċiż Jonathan Pastorino fil-kategorija taħt is-60kg u saret…

Kickboxing

L-atleti ta’ Team Noel Diane Schembri u Keith ‘Speed’ Azzopardi ser ikunu qegħdin jirrappreżentaw lil pajjiżna għal darb oħra, din id-darba ġewwa l-Polonja u Franza rispettivament taħt it-tmexxija ta’ Master…

Kickboxing

Il-Ħadd li għadda, il-‘World Kickboxing Network’ (WKN), flimkien mal-Assoċċjazzjoni tal-Kickboxing f’Malta (MKBA) organizzat it-tieni edizzjoni tal-eżamijiet għal din is-sena. Dan sar fil-Ying Yang Kickboxing Club, Fgura taħt it-tmexxija ta’ Kancho…

Aktar