
Boxing
Kickboxing – Gladiators Fightnight is-Sibt filgħaxija
Serata oħra Gladiators Fightnight is-Sibt filgħaxija fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin, id-dsatax-il waħda fis-sensiela.
Il-lejla Gladiators Fightnight 19 tinkludi għall-ewwel darba f’Malta ġlieda tad-dixxiplina Muay Thai bejn Jesred Piscopo tal-club Malti Team Noel, u l-Iżvediż Arvydas Gerve, fil-kategorija 67kg.
Programm ta’ tlettax-il ġlieda b’kollox, fosthom tnejn professjonali bejn il-kickboxers Maltin Christopher Rotin u Shaun Falzon, u avversarji Żvediżi.
Skedata wkoll ġlieda bejn il-kickboxers nisa Ritmay Spiteri u Shanice Bonello fil-kategorija 55kg.
Is-serata tibda fit-8pm.