Kickboxing
Kickboxing: Gladiators Promotions se torganizza l-‘Gladiators Fight Night XXIII’ is-Sibt li ġej

Avveniment ieħor ta’ kickboxing lokali – Gladiators Promotions ser tkun qed ittella’ s-serata Gladiators Fight Night XXIII nhar is-Sibt 29 ta’ Ġunju ġewwa l-Padiljun Sportiv ta’ Kordin.

Mistenni lejl interessanti b’total ta’ sittax-il bawt kemm dawk kickboxing kif ukoll K1.

L-udjenza preżenti ser tkun qed tara wkoll tlett bawts għal titli differenti. Jaid Agius u Julian Mangion ser ikunu qed iħabbtuha għal ‘Malta Kickboxing Association Title Belt’ fi ġlieda ta’ ħames rawnds ta’ żewġ minuti kull wieħed fil-kategorija tal-65 kilogramm.

Diane Schembri ser tkun qed tiġġieled kontra l-Ġermaniża, Pia Peters għat-titlu ‘WKN K1 AM/PRO European Title Belt’. Din il-bawt mistennija tkun twila erba’ rawnds ta’ żewġ minuti kull wieħed u ser ikunu qed jissieltu fil-kategorija tas-57 kilogramm.

Fl-aħħar u mhux l-inqas, iċ-champion tad-dinja, Keith ‘speed’ Azzopardi ser ikun qiegħed jikkompeti għal Titlu Mondjali ieħor kontra l-atleta Qurban Hosseini għaċ-ċintorin ‘WKN PRO K1 World Title Belt’. Ġlieda bħal din mistennija tkun twila ħames rawnds ta’ tlett minuti kull wieħed u ser ikunu qegħdin jiġġieldu fil-kategorija tas-60 kilogramm.

Rapreżentant mill-World Kickboxing Network ser ikun qiegħed jattendi din is-serata sabiex jipprempja r-rebbieħa ta’ dawn it-titli msemmija.

Ta’ min jgħid li atleti rinomati Maltin ser ikunu qed jieħdu sehem f’din is-serata fejn ser jirrapreżentaw lil pajjiżna kontra ġellieda mill-Italja u Svezja.

Il-bibien ser ikunu miftuħa għan-nies fis-sebgħa ta’ filgħaxija u l-ewwel ġlieda mistennija tibda għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija. Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn għand il-kompetituri u l-klabbs rispettivi tagħhom.

Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju, l-atleti mistennija jintiżnu sabiex ikun hemm konfermazzjoni tal-kategoriji rispettivi. Dan ser isir fil-Padiljun stress fis-1.00pm ta’ wara nofsinhar.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Kickboxing

Wara biss ġimagħtejn fejn l-atleta Keith ‘Speed’ Azzopardi ġie nkurunat champion tad-dinja fi Franza, huwa reġa’ kkompeta għal titlu mondjali ieħor din id-darba fil-K1, fil-padiljun sportiv ta’ Kordin. Azzopardi ħabbatha…

Kickboxing

Il-Kickbxer Malti Keith Azzopardi il-bieraħ filgħaxija kien dikjarat iċ-Champion il-ġdid tal-kategorija Featherweight tal-World Kickboxing Network. Il-ġlieda li kien involut fiha Azzopardi kontra l-Franċiż Jonathan Pastorino fil-kategorija taħt is-60kg u saret…

Kickboxing

Il-kickboxer Maltija Diane Schembri minn Ying Yang Team Noel irritornat lura pajjiżna ftit tal-jiem ilu wara li rrappreżentat lil Malta ġewwa Bedzin, il-Polonja fil-kompetizzjoni ‘Girl Power 8’. Wara li telgħu…

Kickboxing

L-atleti ta’ Team Noel Diane Schembri u Keith ‘Speed’ Azzopardi ser ikunu qegħdin jirrappreżentaw lil pajjiżna għal darb oħra, din id-darba ġewwa l-Polonja u Franza rispettivament taħt it-tmexxija ta’ Master…

Aktar