Kickboxing
Kickboxing: Iċ-Champion Dinji Giorgio Petrosyan jgħallem atleti Maltin f’pajjiżna

Mal-120 atleta minn diversi klabbs tal-kickboxing f’Malta ngħaqdu taħt saqaf wieħed, fejn kellhom l-opportunità jitgħallmu mingħand iċ-champion dinji attwali tal-K1, Giorgio Petrosyan.

Petrosyan, li kien iddikjarat K1 World Max Champion darbtejn, ġie f’Malta għall-ewwel darba fuq stedina ta’ Master Noel Mercieca.

Waqt is-seminar, li sar is-Sibt 12 ta’ Mejju fil-gym tal-iskola Jeanne Antide f’Ħal Tarxien, Petrosyan wera lill-atleti Maltin tekniki importanti li jintużaw fil-K1 rules u l-Muay Thai, inkluż punches, kicks, footwork, u leg grabs.

Wara li osserva lill-atleti Maltin waqt it-taħriġ, Petrosyan qal li l-livell ta’ diversi atleti Maltin huwa wieħed għoli, u tenna li hija ħasra li f’pajjiżna għad għandhom opportunitajiet limitati.

Jassisti fis-seminar kien hemm ukoll ħu Giorgio Petrosyan, Armen Petrosyan, li huwa wkoll superwelt world champion.

Is-seminar ta’ Petrosyan huwa l-iktar wieħed riċenti organizzat minn Master Noel, li fl-aħħar snin ġab f’Malta diversi champions tal-kickboxing, fosthom Ernesto Hoost, Osman Yigin, Tom Hanrick, Fabio Siciliani, Boo Saspirapa u Didier Le Borgne.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Kickboxing

Master Noel Mercieca, fundatur u kowċ ta’ Ying Yang Team Noel Kickboxing Club Malta flimkien mal-atleta professjonali Samuele Andolina rritornaw lura Malta hekk kif lestew Diploma Nazzjonali ġewwa Venezja, l-Italja…

Aktar