Kickboxing
Kickboxing: Il-President tal-WKN se jagħti seminar f’Malta

Il-ġimgħa d-dieħla l-komunità lokali tal-kickboxing se tilqa’ lill-President tal-World Kickboxing Network (WKN) Stephane Cabrera.

Cabrera se jiġi f’Malta biex flimkien ma’ Kancho Adrian Axisa jippresjedi f’High Grading tal-WKN. Matul dan il-grading mistennija jiksbu ċintorini ġodda kowċis u atleti ta’ livell għoli, flimkien ma’ numru mdaqqas ta’ atleti oħra.

Eżatt wara l-grading se jkun qed jingħata seminar minn Cabrera nnifsu, li se jkun miftuħ għall-atleti tal-kickboxing mill-klabbs kollha ta’ Malta. Din hija l-ewwel darba li se jkun qed isir High Grading Seminar tal-WKN f’Malta.

F’dan is-seminar l-atleti Maltin se jkollhom l-opportunità li jitgħallmu mingħand atleta u kowċ veteran li huwa wieħed mill-iktar persuni influwenti fil-kickboxing bħalissa.

Is-seminar se jkun qed isir nhar is-Sibt 2 ta’ Ġunju fil-5.00pm, fil-klabb Ying-Yang Team Noel fil-Fgura.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Kickboxing

L-Atleti Maltin Keith ‘Speed’ Azzopardi, Jesred Piscopo u Celeste Galea rritornaw lura lejn pajjiżna flimkien mal-kowċ tagħhom Noel Mercieca wara li rrapreżentaw lil Malta fi Franza waqt is-serata Fighters Level…

Kickboxing

Proprju nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu, l-atleta professjonali Samuele Andolina mill-Ying Yang Team Noel Kickboxing Club Fgura ser ikun fi triqtu lejn l-Italja sabiex jieħu sehem f’serata tal-arti marzjali bl-isem…

Kickboxing

Minkejja l-maltemp ikrah li laqat lil gżiritna fil-ġimgħat li għaddew, għexieren ta’ spettaturi xorta attendew bi ħġarhom it-22 edizzjoni tal-Gladiators Fight Night li saret ġewwa l-padiljun sportiv ta’ Kordin. Dawk…

Kickboxing

Master Noel Mercieca flimkien ma’ Niclas Elfstedt f’isem Gladiators Promotions ser ikunu qegħdin itellgħu t-tnejn u għoxrin edizzjoni ta’ Gladiators Fight Night proprju nhar is-Sibt, 23 ta’ Frar 2019 ġewwa…

Aktar